+Artikolu 19a 2.

Artikolu 19a 2.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha:

(a) 

deskrizzjoni qasira tal-mudell u tal-istrateġija tan-negozju tal-impriża, inklużi:

(i) 

ir-reżiljenza tal-mudell u tal-istrateġija tan-negozju tal-impriża fir-rigward tar-riskji marbutin ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(ii) 

l-opportunitajiet tal-impriża marbutin ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(iii) 

il-pjanijiet tal-impriża, inklużi l-azzjonijiet ta’ implimentazzjoni u l-pjanijiet finanzjarji u ta’ investiment relatati, biex jiġi żgurat li l-mudell u l-istrateġija tan-negozju tagħha jkunu kompatibbli mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1.5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-“Ftehim ta’ Pariġi”) u l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) u, fejn rilevanti, l-esponiment tal-impriża għal attivitajiet relatati mal-faħam, iż-żejt u l-gass;

(iv) 

kif il-mudell u l-istrateġija tan-negozju tal-impriża jqisu l-interessi tal-partijiet ikkonċernati tal-impriża u l-impatti tal-impriża fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(v) 

kif ġiet implimentata l-istrateġija tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(b) 

deskrizzjoni tal-miri marbuta biż-żmien relatati ma’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà stabbiliti mill-impriża, inklużi, fejn xieraq, miri assoluti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-anqas għall-2030 u l-2050, deskrizzjoni tal-progress li tkun għamlet l-impriża lejn l-ilħuq ta’ dawk il-miri, u dikjarazzjoni dwar jekk il-miri tal-impriża relatati ma’ fatturi ambjentali humiex ibbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva;

(c) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, kif ukoll tal-għarfien espert u l-ħiliet tagħhom b’rabta mat-twettiq ta’ dak ir-rwol jew l-aċċess li tali korpi jkollhom għal tali għarfien espert u ħiliet;

(d) 

deskrizzjoni tal-politiki tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(e) 

informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ skemi ta’ inċentivi marbuta ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà li jiġu offruti lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji;

(f) 

deskrizzjoni ta’:

(i) 

il-proċess ta’ diliġenza dovuta implimentat mill-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u, fejn applikabbli, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar l-impriżi biex iwettqu proċess ta’ diliġenza dovuta;

(ii) 

l-impatti avversi attwali jew potenzjali prinċipali marbuta mal-operazzjonijiet tal-impriża stess u mal-katina tal-valur tagħha, inklużi l-prodotti u s-servizzi tagħha, ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha u l-katina tal-provvista tagħha, l-azzjonijiet meħuda biex jiġu identifikati u mmonitorjati dawk l-impatti, u impatti negattivi oħra li l-impriża hija meħtieġa tidentifika skont rekwiżiti oħra tal-Unjoni fuq l-impriżi biex iwettqu proċess ta’ diliġenza dovuta;

(iii) 

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-impriża biex tipprevjeni, timmitiga, tirrimedja jew ittemm l-impatti negattivi attwali jew potenzjali, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet;

(g) 

deskrizzjoni tar-riskji ewlenin għall-impriża marbutin ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, inkluż deskrizzjoni tad-dipendenzi prinċipali tal-impriża fuq dawk il-kwistjonijiet, u kif l-impriża timmaniġġja dawk ir-riskji;

(h) 

indikaturi rilevanti għad-divulgazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (g).

L-impriżi għandhom jirrapportaw il-proċess imwettaq sabiex jidentifikaw l-informazzjoni li jkunu inkludew fir-rapport ta’ ġestjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-informazzjoni elenkata fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi informazzjoni relatata ma’ orizzonti ta’ żmien qasir, medju u twil, kif applikabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.