+Artikolu 19a Rapportar dwar is-sostenibbiltà
---+Artikolu 19a 1.
---+Artikolu 19a 2.
---+Artikolu 19a 3.
---+Artikolu 19a 4.
---+Artikolu 19a 5.
---+Artikolu 19a 8.
---+Artikolu 19a 9.
---+Artikolu 19a 10.

Artikolu 19a Rapportar dwar is-sostenibbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19a 1.
►M8  Impriżi li, fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom, jaqbżu fatturat nett ta’ EUR 450 000 000 u għadd medju ta’ 1 000 impjegat matul is-sena finanzjarja għandhom jinkludu fir-rapport ta’ ġestjoni tagħhom l-informazzjoni neċessarja sabiex jiġu mifhumin l-impatti tal-impriża fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u l-informazzjoni neċessarja sabiex jiġi mifhum kif kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jaffettwaw l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-impriża. ◄

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun identifikabbli b’mod ċar fir-rapport ta’ ġestjoni, permezz ta’ taqsima ddedikata tar-rapport ta’ ġestjoni.

Artikolu 19a 2.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha:

(a) 

deskrizzjoni qasira tal-mudell u tal-istrateġija tan-negozju tal-impriża, inklużi:

(i) 

ir-reżiljenza tal-mudell u tal-istrateġija tan-negozju tal-impriża fir-rigward tar-riskji marbutin ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(ii) 

l-opportunitajiet tal-impriża marbutin ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(iii) 

il-pjanijiet tal-impriża, inklużi l-azzjonijiet ta’ implimentazzjoni u l-pjanijiet finanzjarji u ta’ investiment relatati, biex jiġi żgurat li l-mudell u l-istrateġija tan-negozju tagħha jkunu kompatibbli mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1.5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-“Ftehim ta’ Pariġi”) u l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) u, fejn rilevanti, l-esponiment tal-impriża għal attivitajiet relatati mal-faħam, iż-żejt u l-gass;

(iv) 

kif il-mudell u l-istrateġija tan-negozju tal-impriża jqisu l-interessi tal-partijiet ikkonċernati tal-impriża u l-impatti tal-impriża fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(v) 

kif ġiet implimentata l-istrateġija tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(b) 

deskrizzjoni tal-miri marbuta biż-żmien relatati ma’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà stabbiliti mill-impriża, inklużi, fejn xieraq, miri assoluti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-anqas għall-2030 u l-2050, deskrizzjoni tal-progress li tkun għamlet l-impriża lejn l-ilħuq ta’ dawk il-miri, u dikjarazzjoni dwar jekk il-miri tal-impriża relatati ma’ fatturi ambjentali humiex ibbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva;

(c) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, kif ukoll tal-għarfien espert u l-ħiliet tagħhom b’rabta mat-twettiq ta’ dak ir-rwol jew l-aċċess li tali korpi jkollhom għal tali għarfien espert u ħiliet;

(d) 

deskrizzjoni tal-politiki tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(e) 

informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ skemi ta’ inċentivi marbuta ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà li jiġu offruti lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji;

(f) 

deskrizzjoni ta’:

(i) 

il-proċess ta’ diliġenza dovuta implimentat mill-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u, fejn applikabbli, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar l-impriżi biex iwettqu proċess ta’ diliġenza dovuta;

(ii) 

l-impatti avversi attwali jew potenzjali prinċipali marbuta mal-operazzjonijiet tal-impriża stess u mal-katina tal-valur tagħha, inklużi l-prodotti u s-servizzi tagħha, ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha u l-katina tal-provvista tagħha, l-azzjonijiet meħuda biex jiġu identifikati u mmonitorjati dawk l-impatti, u impatti negattivi oħra li l-impriża hija meħtieġa tidentifika skont rekwiżiti oħra tal-Unjoni fuq l-impriżi biex iwettqu proċess ta’ diliġenza dovuta;

(iii) 

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-impriża biex tipprevjeni, timmitiga, tirrimedja jew ittemm l-impatti negattivi attwali jew potenzjali, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet;

(g) 

deskrizzjoni tar-riskji ewlenin għall-impriża marbutin ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, inkluż deskrizzjoni tad-dipendenzi prinċipali tal-impriża fuq dawk il-kwistjonijiet, u kif l-impriża timmaniġġja dawk ir-riskji;

(h) 

indikaturi rilevanti għad-divulgazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (g).

L-impriżi għandhom jirrapportaw il-proċess imwettaq sabiex jidentifikaw l-informazzjoni li jkunu inkludew fir-rapport ta’ ġestjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-informazzjoni elenkata fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi informazzjoni relatata ma’ orizzonti ta’ żmien qasir, medju u twil, kif applikabbli.

Artikolu 19a 3.
Fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi informazzjoni dwar l-operazzjonijiet proprji tal-impriża u dwar il-katina tal-valur tagħha, inklużi l-prodotti u s-servizzi tagħha, ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha u l-katina tal-provvista tagħha.

Għall-finijiet tat-tielet, ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“impriża li tirrapporta” tfisser impriża meħtieġa li tirrapporta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

“impriża protetta” tfisser impriża li:

(i) 

fid-data tal-karta tal-bilanċ tagħha, ma taqbiżx għadd medju ta’ 1 000 impjegat matul is-sena finanzjarja preċedenti; u

(ii) 

tkun fil-katina tal-valur ta’ impriża li tirrapporta;

(c) 

“standards volontarji” tfisser l-istandards għall-użu volontarju kif imsemmi fl-Artikolu 29ca.

L-impriżi li jirrapportaw jistgħu joqogħdu fuq awtodikjarazzjoni mill-impriżi fil-katina tal-valur tagħhom biex jiddeterminaw jekk humiex impriżi protetti. L-impriżi li jirrapportaw ma għandhomx ikunu meħtieġa jieħdu passi biex jivverifikaw l-informazzjoni li tinsab f’awtodikjarazzjoni bħal din. Madankollu, huma ma għandhomx jiddependu fuq l-awtodikjarazzjoni meta jkunu jafu, jew jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jkunu jafu, li d-dikjarazzjoni hija manifestament skorretta.

L-impriżi protetti għandu jkollhom id-dritt li jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni li teċċedi l-informazzjoni speċifikata fl-istandards volontarji bi tweġiba għal talba magħmula għall-fini tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif meħtieġ minn din id-Direttiva. Barra minn hekk:

(a) 

meta jistabbilixxu arranġamenti kuntrattwali u arranġamenti oħra għall-fini li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ din id-Direttiva, l-impriżi li jirrapportaw ma għandhomx jirrikjedu li l-impriżi protetti jipprovdu informazzjoni li teċċedi l-informazzjoni speċifikata fl-istandards volontarji;

(b) 

kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali li tmur kontra l-punt (a) ma għandhiex tkun vinkolanti, mingħajr madankollu ma taffettwa n-natura vinkolanti tad-dispożizzjonijiet li jifdal tal-kuntratt;

(c) 

meta impriża li tirrapporta titlob informazzjoni, direttament jew indirettament, mingħand impriżi protetti għall-fini tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif meħtieġ minn din id-Direttiva, u xi informazzjoni jew l-informazzjoni kollha teċċedi l-informazzjoni speċifikata fl-istandards volontarji, dik l-impriża li tirrapporta għandha tiżgura li l-impriżi protetti jiġu infurmati dwar dan li ġej:

(i) 

liema informazzjoni teċċedi l-informazzjoni speċifikata fl-istandards volontarji; u

(ii) 

id-dritt statutorju tal-impriżi protetti li jirrifjutaw li jipprovdu l-informazzjoni;

(d) 

l-impriżi li jirrapportaw li jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina tal-valur mingħajr rapportar mingħand l-impriżi protetti kwalunkwe informazzjoni li teċċedi l-informazzjoni speċifikata fl-istandards volontarji jitqiesu li kkonformaw mal-obbligu li jirrapportaw l-informazzjoni dwar il-katina tal-valur stabbilit fl-ewwel subparagrafu.

L-ebda dispożizzjoni fir-raba’ subparagrafu:

(a) 

ma taffettwa t-talbiet għal informazzjoni magħmula għal finijiet oħra għajr ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif meħtieġ minn din id-Direttiva, inklużi talbiet magħmula għal finijiet ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar l-impriżi biex iwettqu proċess ta’ diliġenza dovuta; jew

(b) 

timponi jew timplika kwalunkwe obbligu fuq kwalunkwe impriża fil-katina tal-valur li tipprovdi informazzjoni dwar is-sostenibbiltà.

Għall-ewwel tliet snin minn meta tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà skont il-paragrafu 1, u f’każ li ma tkunx disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa rigward il-katina tal-valur tagħha, l-impriża għandha tispjega l-isforzi li jkunu saru biex tinkiseb l-informazzjoni neċessarja dwar il-katina tal-valur tagħha, ir-raġunijiet għaliex ma tkunx setgħet tinkiseb l-informazzjoni kollha meħtieġa, u l-pjanijiet li jkollha biex tikseb l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-futur. Wara dak il-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin, l-impriża għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ rapportar għall-informazzjoni dwar il-katina tal-valur billi tuża informazzjoni miksuba direttament mill-impriżi fil-katina tal-valur tagħha jew stimi ta’ dik l-informazzjoni, kif xieraq.

Fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fiha wkoll referenzi għall-informazzjoni l-oħra inkluża fir-rapport ta’ ġestjoni, u spjegazzjonijiet addizzjonali tagħha, f’konformità mal-Artikolu 19, u l-ammonti rrapportati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali.

Meta jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-impriżi jistgħu jħallu barra l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

f’każijiet eċċezzjonali, informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta’ preġudizzju serju għall-pożizzjoni kummerċjali tal-impriża, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

tali ommissjoni ma tipprevjenix fehim ġust u bbilanċjat tal-iżvilupp, tal-prestazzjoni u tal-pożizzjoni tal-impriża, jew tar-riskji prinċipali jew tal-impatti prinċipali tiegħu;

(ii) 

l-impriża tkun iddeterminat li huwa impossibbli li tiġi divulgata l-informazzjoni b’mod li jippermettilha tilħaq l-objettivi tar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni mingħajr ma tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tagħha, pereżempju fuq bażi aggregata;

(iii) 

l-impriża tiddivulga l-fatt li tkun użat l-eżenzjoni stabbilita f’dan is-subparagrafu; u

(iv) 

l-impriża tivvaluta mill-ġdid f’kull data ta’ rapportar jekk l-informazzjoni tistax titħalla barra;

(b) 

informazzjoni li tikkorrispondi għall-kapital intellettwali, il-proprjetà intellettwali, l-għarfien espert, l-informazzjoni teknoloġika, jew ir-riżultati ta’ innovazzjoni li tikkwalifika bħala sigriet kummerċjali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ), dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-impriża tiddivulga l-fatt li tkun użat l-eżenzjoni stabbilita f’dan is-subparagrafu; u

(ii) 

l-impriża tivvaluta mill-ġdid f’kull data ta’ rapportar jekk l-informazzjoni tistax titħalla barra;

(c) 

informazzjoni klassifikata definita fl-Artikolu 2, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/2418 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ), dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-impriża tiddivulga l-fatt li tkun użat l-eżenzjoni stabbilita f’dan is-subparagrafu; u

(ii) 

l-impriża tivvaluta mill-ġdid f’kull data ta’ rapportar jekk l-informazzjoni tistax titħalla barra;

(d) 

informazzjoni oħra li għandha tiġi protetta minn aċċess jew divulgazzjoni mhux awtorizzati minħabba obbligi stabbiliti f’atti legali oħra tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali jew sabiex jiġu ssalvagwardjati l-privatezza jew is-sigurtà ta’ persuna fiżika jew is-sigurtà ta’ persuna ġuridika, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-impriża tiddivulga l-fatt li tkun użat l-eżenzjoni stabbilita f’dan is-subparagrafu; u

(ii) 

l-impriża tivvaluta mill-ġdid f’kull data ta’ rapportar jekk l-informazzjoni tistax titħalla barra.

Artikolu 19a 4.
L-impriżi għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 29b.
Artikolu 19a 5.
Il-maniġment tal-impriża għandu jinforma lir-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-livell xieraq u jiddiskuti magħhom l-informazzjoni rilevanti u l-mezzi biex tinkiseb u tiġi vverifikata l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà. L-opinjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema għandha tiġi kkomunikata, fejn applikabbli, lill-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji rilevanti.
Artikolu 19a 8.
L-impriżi li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu u l-impriżi li jiddependu mid-deroga stabbilita fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li kkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(1).
Artikolu 19a 9.
Dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkunu ssodisfati, impriża li tkun impriża sussidjarja għandha tiġi eżentata mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu (“l-impriża sussidjarja eżentata”) meta tali impriża u l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu inklużi fir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat ta’ impriża prinċipali oħra, imfassal f’konformità mal-Artikoli 29 u 29a. Impriża li tkun impriża sussidjarja ta’ impriża prinċipali li tkun stabbilita f’pajjiż terz għandha tkun eżentata wkoll mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu meta tali impriża u l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu inklużi fir- rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà ta’ dik l-impriża prinċipali li hija stabbilita f’pajjiż terz u fejn dak ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà jitwettaq f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikoli 29b jew b’mod ekwivalenti għal dak dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, kif determinati f’konformità ma’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottata skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ).

L-eżenzjoni fl-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża sussidjarja eżentata jkun fih l-informazzjoni kollha li ġejja:

(i) 

l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża prinċipali li tirrapporta informazzjoni fil-livell ta’ grupp f’konformità ma’ dan l-Artikolu jew b’mod ekwivalenti għall-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b ta’ din id-Direttiva, kif determinati f’konformità ma’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottata skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE;

(ii) 

il-links elettroniċi għar-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tal-impriża prinċipali, jew, fejn applikabbli, għar- rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-impriża prinċipali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u għall-opinjoni ta’ aċċertament imsemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) ta’ din id-Direttiva jew għall-opinjoni ta’ aċċertament imsemmija fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu;

(iii) 

l-informazzjoni dwar il-fatt li l-impriża tkun eżentata mill-obbligi stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

jekk l-impriża prinċipali tkun stabbilita f’pajjiż terz, ir-rapportar konsolidat tagħha dwar is-sostenibbiltà u l-opinjoni ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà kkonsolidat espressi minn persuna jew ditta waħda jew aktar awtorizzati li jagħtu opinjoni dwar l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont il-liġi li tirregola dik l-impriża prinċipali, jiġu ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ din id-Direttiva, u f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru li minnha tkun irregolata l-impriża sussidjarja eżentata;

(c) 

jekk l-impriża prinċipali tkun stabbilita f’pajjiż terz, id-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ) li jkopru l-attivitajiet imwettqa mill-impriża sussidjarja eżentata stabbilita fl-Unjoni u l-impriżi sussidjarji tagħha, jiġu inklużi fir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża sussidjarja eżentata, jew fir-rapportar ikkonsolidat dwar is-sostenibbiltà li jitwettaq mill-impriża prinċipali stabbilita f’pajjiż terz.

L-Istat Membru li mil-liġi nazzjonali tiegħu tkun irregolata l-impriża sussidjarja eżentata, jista’ jeżiġi li r-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat jew, fejn applikabbli, ir-rapport konsolidat dwar is-sostenibbiltà, tal-impriża prinċipali jiġi ppubblikat b’lingwa li l-Istat Membru jaċċetta, u li tiġi pprovduta kwalunkwe traduzzjoni meħtieġa b’tali lingwa. Kwalunkwe traduzzjoni li ma tkunx ġiet iċċertifikata għandha tinkludi dikjarazzjoni li tispjega dak il-fatt.

L-impriżi li huma eżentati milli jħejju rapport ta’ ġestjoni f’konformità mal-Artikolu 37 ma għandhomx l-obbligu li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punti (a)(i) sa (iii) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu dment li tali impriżi jippubblikaw ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat f’konformità mal-Artikolu 37.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u fejn japplika l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta’din id-Direttiva li huma affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali li jissorveljahom skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu ttrattati bħala impriżi sussidjarji ta’ dak il-korp ċentrali.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-impriżi tal-assigurazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva li huma parti minn grupp, abbażi ta’ relazzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fil-punt (c) (ii) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, li huma soġġetti għas-superviżjoni tal-grupp skont il-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 213(2) ta’ dik id-Direttiva għandhom jiġu ttrattati bħala impriżi sussidjarji tal-impriża prinċipali ta’ dak il-grupp.

Artikolu 19a 10.
L-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 9 għandha tapplika wkoll għal entitajiet ta’ interess pubbliku soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.