+Artikolu 20 Dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
|
Artikolu 20 Dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Impriżi msemmija fil-punt (1)(a) tal-Artikolu 2 għandhom jinkludu dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva fir-rapport ta' ġestjoni tagħha. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi inkluża bħala taqsima speċifika tar-rapport ta' ġestjoni u għandha tinkludi mill-anqas l- informazzjoni li ġejja:
(a)
referenza għal dan li ġej, fejn applikabbli:
(i)
il-kodiċi ta’ governanza korporattiva li għalih tkun soġġetta l-impriża,
(ii)
il-kodiċi ta’ governanza korporattiva li l-impriża setgħet volontarjament iddeċidiet li tapplika,
(iii)
l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-prattika ta’ governanza korporattiva applikata lil hinn mir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali.
Meta ssir referenza għal kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (i) jew (ii), l-impriża għandha tindika wkoll fejn it-testi rilevanti jkunu pubblikament disponibbli. Meta ssir referenza għall-informazzjoni msemmija fil-punt (iii), l-impriża għandha tagħmel id-dettalji tal-prattiki ta’ governanza korporattiva tagħha pubblikament disponibbli;
(b)
meta impriża, skont il-liġi nazzjonali, ma ssegwix il-kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (a)(i) jew (ii), spjegazzjoni mill-impriża dwar liema partijiet tal-kodiċi ta’ governanza korporattiva ma tkunx segwiet u r-raġunijiet għal dan; meta l-impriża tkun iddeċidiet li ma tirreferi għall-ebda dispożizzjoni tal-kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (a)(i) jew (ii), hija għandha tispjega r-raġunijiet tagħha għal dan;
(c)
deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta’ kontroll intern u tal-ġestjoni tar-riskji fir-rigward tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju;
(d)
l-informazzjoni rikjesta mill-punti (c), (d), (f), (h) u (i) tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar offerti ta' xiri (
17
), fejn l-impriża tkun soġġetta għal dik id-Direttiva;
(e)
sakemm l-informazzjoni ma tkunx diġà prevista kompletament fil-liġi nazzjonali, deskrizzjoni tal-operat tal-laqgħa tal-azzjonisti u s-setgħat prinċipali tagħha u deskrizzjoni tad-drittijiet tal-azzjonisti u kif dawn jistgħu jiġu eżerċitati;
(f)
il-kompożizzjoni u l-operat tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza u l-kumitati tagħhom; u
▼M4
(g)
deskrizzjoni tal-politika dwar id-diversità applikata fir-rigward tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża fir-rigward tal-ġeneru u ta’ aspetti oħrajn bħall-età, id-diżabilità jew l-isfond edukattiv u professjonali, l-għanijiet ta’ dik il-politika dwar id-diversità, kif ġiet implimentata u r-riżultati fil-perijodu tar-rapportar. Jekk ma tiġi applikata l-ebda tali politika, id-dikjarazzjoni għandha tinkludi spjegazzjoni dwar għalfejn dak hu l-każ.
L-impriżi soġġetti għall-Artikolu 19a għandhom jitqiesu li jkunu kkonformaw mal-obbligu stabbilit fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu meta jinkludu l-informazzjoni meħtieġa skont dak il-punt bħala parti mir-rapportar dwar is-sostenibbiltà tagħhom u tkun inkluża referenza għal dak fid-dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva.
|
|
Artikolu 20 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni rikjesta mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu titqiegħed:
(a)
f’rapport separat ippubblikat flimkien mar-rapport ta' ġestjoni fil-mod speċifikat fl-Artikolu 30; jew
(b)
f'dokument li jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-impriża, li għalih ikun hemm referenza fir-rapport ta' ġestjoni.
Dak ir-rapport separat jew dak id-dokument imsemmi fil-punti (a) u (b), rispettivament, jista' jagħmel referenza trasversali għar-rapport ta' ġestjoni, meta l-informazzjoni riskjesta mill-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun disponibbli f'dak ir-rapport ta' ġestjoni.
|
|
Artikolu 20 3.
|
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom jesprimu opinjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) rigward l-informazzjoni ppreparata skont il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandhom jivverifikaw li tkun ġiet ipprovduta l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 20 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu ħarġu biss titoli li mhumiex ishma ammessi għan-negozjar f'suq regolat fis-sens tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE mill-applikazzjoni tal-punti (a), (b), (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm dawn l-impriżi ma jkunux ħarġu ishma li jkunu nnegozjati f'faċilità multilaterali tan-negozjar fis-sens tal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.
|
|
Artikolu 20 5.
|
Minkejja l-Artikolu 40, il-punt (g) tal-paragrafu 1 m'għandux japplika għal impriżi żgħar u ta' daqs medju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|