|
+Artikolu 20 1. |
Artikolu 20 1.Impriżi msemmija fil-punt (1)(a) tal-Artikolu 2 għandhom jinkludu dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva fir-rapport ta' ġestjoni tagħha. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi inkluża bħala taqsima speċifika tar-rapport ta' ġestjoni u għandha tinkludi mill-anqas l- informazzjoni li ġejja:
(a)
referenza għal dan li ġej, fejn applikabbli:
(i)
il-kodiċi ta’ governanza korporattiva li għalih tkun soġġetta l-impriża,
(ii)
il-kodiċi ta’ governanza korporattiva li l-impriża setgħet volontarjament iddeċidiet li tapplika,
(iii)
l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-prattika ta’ governanza korporattiva applikata lil hinn mir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali. Meta ssir referenza għal kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (i) jew (ii), l-impriża għandha tindika wkoll fejn it-testi rilevanti jkunu pubblikament disponibbli. Meta ssir referenza għall-informazzjoni msemmija fil-punt (iii), l-impriża għandha tagħmel id-dettalji tal-prattiki ta’ governanza korporattiva tagħha pubblikament disponibbli;
(b)
meta impriża, skont il-liġi nazzjonali, ma ssegwix il-kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (a)(i) jew (ii), spjegazzjoni mill-impriża dwar liema partijiet tal-kodiċi ta’ governanza korporattiva ma tkunx segwiet u r-raġunijiet għal dan; meta l-impriża tkun iddeċidiet li ma tirreferi għall-ebda dispożizzjoni tal-kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (a)(i) jew (ii), hija għandha tispjega r-raġunijiet tagħha għal dan;
(c)
deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta’ kontroll intern u tal-ġestjoni tar-riskji fir-rigward tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju;
(d)
l-informazzjoni rikjesta mill-punti (c), (d), (f), (h) u (i) tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar offerti ta' xiri ( 17 ), fejn l-impriża tkun soġġetta għal dik id-Direttiva;
(e)
sakemm l-informazzjoni ma tkunx diġà prevista kompletament fil-liġi nazzjonali, deskrizzjoni tal-operat tal-laqgħa tal-azzjonisti u s-setgħat prinċipali tagħha u deskrizzjoni tad-drittijiet tal-azzjonisti u kif dawn jistgħu jiġu eżerċitati;
(f)
il-kompożizzjoni u l-operat tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza u l-kumitati tagħhom; u
(g)
deskrizzjoni tal-politika dwar id-diversità applikata fir-rigward tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża fir-rigward tal-ġeneru u ta’ aspetti oħrajn bħall-età, id-diżabilità jew l-isfond edukattiv u professjonali, l-għanijiet ta’ dik il-politika dwar id-diversità, kif ġiet implimentata u r-riżultati fil-perijodu tar-rapportar. Jekk ma tiġi applikata l-ebda tali politika, id-dikjarazzjoni għandha tinkludi spjegazzjoni dwar għalfejn dak hu l-każ. L-impriżi soġġetti għall-Artikolu 19a għandhom jitqiesu li jkunu kkonformaw mal-obbligu stabbilit fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu meta jinkludu l-informazzjoni meħtieġa skont dak il-punt bħala parti mir-rapportar dwar is-sostenibbiltà tagħhom u tkun inkluża referenza għal dak fid-dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|