+Artikolu 22 Ir-rekwiżit li jitħejjew dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
---+Artikolu 22 8.
---+Artikolu 22 9.
|
Artikolu 22 Ir-rekwiżit li jitħejjew dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
Stat Membru għandu jesiġi li kull impriża rregolata bil-liġi nazzjonali tiegħu tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jekk dik l-impriża (
►C1
impriża omm ◄ ):
(a)
għandha maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'impriża oħra (impriża sussidjarja);
(b)
għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza ta' impriża oħra (impriża sussidjarja) u hija fl-istess ħin azzjonista jew membru ta' dik l-impriża;
(c)
għandha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq impriża (impriża sussidjarja) li tagħha hija azzjonista jew membru, minħabba kuntratt li sar ma' dik l-impriża jew minħabba klawsola fil-memorandum jew l-artikoli ta' assoċjazzjoni, meta l-liġi li tirregola dik l-impriża sussidjarja tippermetti li tista' tiġi soġġetta għal dawk il-kuntratti jew klawsoli.
Stat Membru mhuwiex obbligat jippreskrivi li
►C1
impriża omm ◄ għandha tkun azzjonista jew membru tal-impriża sussidjarja tagħha. Dawk l-Istati Membri li l-liġijiet tagħhom ma jipprevedux tali kuntratti jew klawsoli ma għandhomx jintalbu japplikaw din id-dispożizzjoni; jew
(d)
hija azzjonist jew membru ta' impriża, u:
(i)
maġġoranza tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza ta' dik l-impriża (impriża sussidjarja) li kellhom xi kariga matul is-sena finanzjarja, matul is-sena finanzjarja ta' qabel u saż-żmien meta tħejjew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, inħatru biss bħala riżultat tal-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha tal-vot; jew
(ii)
tikkontrolla waħedha, minħabba ftehim ma' azzjonisti jew membri oħrajn ta' dik l-impriża (impriża sussidjarja), maġġoranza ta' drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew il-membri f'dik l-impriża. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu dispożizzjonijiet iktar iddettaljati dwar il-forma u kontenut ta' ftehim bħal dan.
L-Istati Membri għandhom jippreskrivu għall-inqas l-arranġamenti msemmija fil-punt (ii) Dawn jistgħu jissoġġettaw l-applikazzjoni tal-punt (i) għar-rekwiżit li d-drittijiet tal-vot jirrappreżentaw mill-inqas 20 % tat-total. Madankollu, il-punt (i) m'għandux japplika meta parti terza jkollha l-liġiijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) fir-rigward ta' dik l-impriża.
|
|
Artikolu 22 2.
|
Barra mill-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li kull impriża rregolata bil-liġi nazzjonali tagħhom għandha tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jekk:
(a)
dik l-impriża (
►C1
impriża omm ◄ ) għandha s-setgħa li teżerċita, jew fil-fatt teżerċita, influwenza dominanti jew kontroll fuq impriżi oħra (l-impriża sussidjarja); jew
(b)
dik l-impriża (
►C1
impriża omm ◄ ) u impriża oħra (l-impriża sussidjarja) huma ġestiti fuq bażi unifikata mill-
►C1
impriża omm ◄ .
|
|
Artikolu 22 3.
|
Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (d) tal-paragrafu 1, id-drittijet tal-vot u d-drittijiet ta' ħatra u tneħħija ta' kull impriża sussidjarja oħra kif ukoll dawk ta' kull persuna li taġixxi f'isimha stess iżda għan-nom tal-
►C1
impriża omm ◄ jew ta' impriża sussidjarja oħra għandhom jiżdiedu ma' dawk tal-
►C1
impriża omm ◄ .
|
|
Artikolu 22 4.
|
Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (d) tal-paragrafu 1, id-drittijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jitnaqqsu bid-drittijiet:
(a)
marbutin ma' azzjonijiet miżmumin għan-nom ta' persuna li la hija l-
►C1
impriża omm ◄ u lanqas sussidjarja ta' dik l-
►C1
impriża omm ◄ ; jew
(b)
marbutin ma' azzjonijiet:
(i)
miżmumin bħala garanzija, sakemm id-drittijiet inkwistjoni jkunu eżerċitati skont l-istruzzjonijiet li jingħataw, jew
(ii)
miżmumin b'konnessjoni mal-għoti ta' self bħala parti mill-attivitajiet kummerċjali normali, sakemm id-drittijiet tal-vot ikunu eżerċitati fl-interessi tal-persuna li tagħti l-garanzija.
|
|
Artikolu 22 5.
|
Għall-finijiet tal-punti (a) u (d) tal-paragrafu 1, it-total tal-jeddijiet għall-vot tal-azzjonisti jew membri fl-impriża sussidjarja għandhom jitnaqqsu bil-jeddijiet għall-vot li jmorru mal-ishma miżmuma minn dik l-impriża nnifisha, minn impriża sussidjarja ta' dik l-impriża jew minn persuna li taġixxi f'isimha stess iżda għan-nom ta' dawk l-impriżi.
|
|
Artikolu 22 6.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(9)
►C1
impriża omm ◄ u l-impriżi sussidjarji tagħha kollha huma impriżi li għandhom jiġu kkonsolidati irrispettivament minn fejn jinsabu l-uffiċċji reġistrati ta’ dawk l-impriżi sussidjarji.
|
|
Artikolu 22 7.
|
Mingħajr preġudizzju għal dan l-Artikolu u għall-Artikoli 21 u 23, Stat Membru jista’ jesiġi li kull impriża regolata bil-liġi nazzjonali tagħha tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jekk:
(a)
dik l-impriża u waħda jew aktar impriżi oħrajn li ma jkunux relatati magħha kif deskritt fil-paragrafi 1 jew 2, huma ġestiti fuq bażi unifikata skont:
(i)
kuntratt konkluż ma' dik l-impriża, jew
(ii)
il-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni ta' dawk l-impriżi l-oħrajn; jew
(b)
il-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza ta’ dik l-impriża u ta’ impriża waħda jew aktar oħrajn li ma jkunux relatati magħha, kif deskritt fil-paragrafi 1 jew 2, jikkonsistu fil-maġġoranza tal-istess persuni fil-kariga matul is-sena finanzjarja u sakemm jitħejjew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.
|
|
Artikolu 22 8.
|
Meta tiġi eżerċitata l-għażla tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 7, l-impriżi deskritti f’dak il-paragrafu u l-impriżi sussidjarji kollha tagħhom għandhom jiġu kkonsolidati, meta impriża waħda jew aktar minn dawk l-impriżi tkun stabbilita bħala waħda mit-tipi ta’ impriża elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II.
|
|
Artikolu 22 9.
|
Il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 23(1), (2), (9) u (10) u l-Artikoli 24 sa 29 għandhom japplikaw għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat imsemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, soġġett għall-modifiki li ġejjin:
(a)
ir-referenzi għall-
►C1
impriża omm ◄ għandhom jiġu interpretati li jirreferu għall-impriżi kollha speċifikati fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu; u
(b)
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(3), l-entrati “kapital”, “kont tal-premium azzjonarju”, “riżerva tar-rivalutazzjoni”, “riżervi”, “qligħ jew telf riportat”, u “qligħ jew telf għas-sena finanzjarja”, li għandhom jiddaħħlu fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ikkonsolidati għandhom ikunu l-ammonti kkombinati attribwibbli għal kull waħda mill-impriżi speċifikati fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|