+Artikolu 22 1.

Artikolu 22 1.

Stat Membru għandu jesiġi li kull impriża rregolata bil-liġi nazzjonali tiegħu tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jekk dik l-impriża ( ►C1  impriża omm ◄ ):

(a) 

għandha maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'impriża oħra (impriża sussidjarja);

(b) 

għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza ta' impriża oħra (impriża sussidjarja) u hija fl-istess ħin azzjonista jew membru ta' dik l-impriża;

(c) 

għandha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq impriża (impriża sussidjarja) li tagħha hija azzjonista jew membru, minħabba kuntratt li sar ma' dik l-impriża jew minħabba klawsola fil-memorandum jew l-artikoli ta' assoċjazzjoni, meta l-liġi li tirregola dik l-impriża sussidjarja tippermetti li tista' tiġi soġġetta għal dawk il-kuntratti jew klawsoli.

Stat Membru mhuwiex obbligat jippreskrivi li ►C1  impriża omm ◄ għandha tkun azzjonista jew membru tal-impriża sussidjarja tagħha. Dawk l-Istati Membri li l-liġijiet tagħhom ma jipprevedux tali kuntratti jew klawsoli ma għandhomx jintalbu japplikaw din id-dispożizzjoni; jew

(d) 

hija azzjonist jew membru ta' impriża, u:

(i) 

maġġoranza tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza ta' dik l-impriża (impriża sussidjarja) li kellhom xi kariga matul is-sena finanzjarja, matul is-sena finanzjarja ta' qabel u saż-żmien meta tħejjew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, inħatru biss bħala riżultat tal-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha tal-vot; jew

(ii) 

tikkontrolla waħedha, minħabba ftehim ma' azzjonisti jew membri oħrajn ta' dik l-impriża (impriża sussidjarja), maġġoranza ta' drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew il-membri f'dik l-impriża. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu dispożizzjonijiet iktar iddettaljati dwar il-forma u kontenut ta' ftehim bħal dan.

L-Istati Membri għandhom jippreskrivu għall-inqas l-arranġamenti msemmija fil-punt (ii) Dawn jistgħu jissoġġettaw l-applikazzjoni tal-punt (i) għar-rekwiżit li d-drittijiet tal-vot jirrappreżentaw mill-inqas 20 % tat-total.

Madankollu, il-punt (i) m'għandux japplika meta parti terza jkollha l-liġiijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) fir-rigward ta' dik l-impriża.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.