|
+Artikolu 23 3. |
Artikolu 23 3.Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, fil-każijiet li ġejjin, Stat Membru għandu jeżenta mill-obbligu ta' tħejjija ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat kwalunkwe ►C1 impriża omm ◄ (l-impriża eżentata) irregolata mil-liġi nazzjonali tagħha li hija wkoll impriża sussidjarja, inkluż entità ta' interess pubbliku sakemm din l-entità ta' interess pubbliku ma taqax taħt il-punt (1)(a) tal-Artikolu 2, jekk l- ►C1 impriża omm ◄ tagħha stess tkun irregolata mil-liġi ta' Stat Membru u:
(a)
l- ►C1 impriża omm ◄ tal-impriża eżentata jkollha l-ishma kolla tal-impriża eżentata. L-ishma f'dik l-impriża eżentata miżmumin minn membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza tagħha minħabba obbligu legali jew obbligu fil-memorandum jew l-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha għandhom jiġu injorati għal dan l-iskop; jew
(b)
l- ►C1 impriża omm ◄ tal-impriża eżentata jkolla 90 % jew iżjed tal-ishma tal-impriża eżentata u l-azzjonisti jew il-membri rimanenti tal-impriża eżentata jkunu approvaw l-eżenzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|