+Artikolu 23 Eżenzjonijiet mill-konsolidazzjoni
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.
---+Artikolu 23 8.
---+Artikolu 23 9.
---+Artikolu 23 10.

Artikolu 23 Eżenzjonijiet mill-konsolidazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.
Gruppi żgħar għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat, ħlief meta impriża assoċjata tkun entità ta’ interess pubbliku.
Artikolu 23 2.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw gruppi ta' daqs medju mill-obbligu li jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat, ħlief meta impriża assoċjata tkun entità ta’ interess pubbliku.
Artikolu 23 3.

Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, fil-każijiet li ġejjin, Stat Membru għandu jeżenta mill-obbligu ta' tħejjija ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat kwalunkwe ►C1  impriża omm ◄ (l-impriża eżentata) irregolata mil-liġi nazzjonali tagħha li hija wkoll impriża sussidjarja, inkluż entità ta' interess pubbliku sakemm din l-entità ta' interess pubbliku ma taqax taħt il-punt (1)(a) tal-Artikolu 2, jekk l- ►C1  impriża omm ◄ tagħha stess tkun irregolata mil-liġi ta' Stat Membru u:

(a) 

l- ►C1  impriża omm ◄ tal-impriża eżentata jkollha l-ishma kolla tal-impriża eżentata. L-ishma f'dik l-impriża eżentata miżmumin minn membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza tagħha minħabba obbligu legali jew obbligu fil-memorandum jew l-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha għandhom jiġu injorati għal dan l-iskop; jew

(b) 

l- ►C1  impriża omm ◄ tal-impriża eżentata jkolla 90 % jew iżjed tal-ishma tal-impriża eżentata u l-azzjonisti jew il-membri rimanenti tal-impriża eżentata jkunu approvaw l-eżenzjoni.

Artikolu 23 4.

L-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-impriża eżentata u, mingħajr ħsara għall-paragrafu 9, l-impriżi sussidjarji kollha tagħha jiġu kkonsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ korp akbar ta’ impriżi, li l- ►C1  impriża omm ◄ tagħhom tkun irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru;

▼M4

(b) 

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a) u r-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tal-korp akbar ta’ impriżi jitfasslu mill-impriża prinċipali ta’ dak il-korp, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru li jirregola dik l-impriża prinċipali, f’konformità ma’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29a, jew f’konformità mal-istandards internazzjonali kontabilistiċi adottati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

▼B

(c) 

fir-rigward tal-impriża eżentata, għandhom jiġu ppubblikati d-dokumenti li ġejjin fil-mod preskritt bil-liġi tal-Istat Membru li jirregola dik l-impriża eżentata skont l-Artikolu 30.

(i) 

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ikkonsolidati msemmijin fil-punt (a) u r-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat imsemmi fil-punt (b),

(ii) 

ir-rapport tal- ►C1  awditjar  ◄ , u

(iii) 

fejn adatt, l-appendiċi msemmi fil-paragrafu 6.

Dak l-Istat Membru jista' jesiġi li d-dokumenti msemmijin fil-punti (i), (ii) u (iii) għandhom jiġu ppubblikati fil-lingwa uffiċjali tiegħu u li kwalunkwe traduzzjoni tagħhom tkun iċċertifikata;

(d) 

in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriża eżentata jiżvelaw dan li ġej:

(i) 

l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal- ►C1  impriża omm ◄ li tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a); u

(ii) 

l-eżenzjoni mill-obbligu ta' tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat.

Artikolu 23 5.

Fil-każijiet li mhumiex koperti mill-paragrafu 3, Stat Membru jista’, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, jeżenta mill-obbligu ta' tħejjija ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat lil kull ►C1  impriża omm ◄ (l-impriża eżentata) regolata mil-liġi nazzjonali tagħha li tkun ukoll impriża sussidjarja, inkluż entità ta' interess pubbliku sakemm dik l-entità ta' interess pubbliku ma taqax taħt il-punt (1)(a) tal-Artikolu 2, li l- ►C1  impriża omm ◄ tagħha tkun regolata bil-liġi ta' Stat Membru, sakemm il-kondizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafu 4 jiġu ssodisfati u sakemm ukoll:

(a) 

li l-azzjonisti jew il-membri tal-impriża eżentata li jkollhom proporzjon minimu tal-kapital sottoskritt ta’ dik l-impriża ma jkunux talbu t-tħejjija ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mill-anqas sitt xhur qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja;

(b) 

il-proporzjon minimu msemmi fil-punt (a) ma jkunx ogħla mil-limiti li ġejjin:

(i) 

10 % tal-kapital sottoskritt fil-każ ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata u soċjetajiet limitati b’kapital azzjonarju; u

(ii) 

20 % tal-kapital sottoskritt fil-każ ta' impriżi ta' tipi oħra.

(c) 

l-Istat Membru ma jissubordinax l-eżenzjoni għal:

(i) 

il-kondizzjoni li l- ►C1  impriża omm ◄ , li tkun ħejjiet id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 4, tkun regolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni, jew

(ii) 

kondizzjonijiet relatati mat-tħejjija u l- ►C1  awditjar ◄ ta' dawk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 23 6.
Stat Membru jista’ jissubordina l-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafi 3 u 5 għall-iżvelar ta’ informazzjoni addizzjonali, f’konformità ma’ din id-Direttiva, fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 4, jew f'appendiċi għalihom, jekk dik l-informazzjoni tkun rikjesta minn impriżi regolati mil-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru li jkunu obbligati li jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u li qegħdin fl-istess ċirkostanzi.
Artikolu 23 7.

Il-paragrafi 3 sa 6 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru dwar it-tħejjija ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jew rapporti ta' ġestjoni kkonsolidati sa fejn dawk id-dokumenti jkunu rikjesti:

(a) 

għall-informazzjoni tal-impjegati jew tar-rappreżentanti tagħhom; jew

(b) 

minn awtorità amminstrattiva jew ġudizzjarja għall-iskopijiet proprji.

Artikolu 23 8.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2, 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru li jipprevedi eżenzjonijiet taħt il-paragrafi 3 u 5 ta' dan l-Artikolu, jista’ wkoll jeżenta mill-obbligu tat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat lil kull ►C1  impriża omm ◄ (l-impriża eżentata) regolata mil-liġi nazzjonali tiegħu li tkun ukoll impriża sussidjarja, inkluż entità ta' interess pubbliku sakemm din l-entità ta' interess pubbliku ma taqax taħt il-punt 1(a) tal-Artikolu 2, ►C1  impriża omm ◄ li ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru, jekk ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-impriża eżentata u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 9, l-impriżi sussidjarji tagħha kollha jkunu kkonsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ korp akbar ta’ impriżi;

(b) 

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati imsemmijin fil-punt (a) u, fejn adatt, ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jitħejjew:

▼M4

(i) 

f’konformità ma’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29a,

▼B

(ii) 

skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f' konformita' mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002,

▼M4

(iii) 

b’mod ekwivalenti għar-rapporti finanzjarji kkonsolidati u għar-rapporti ta’ ġestjoni kkonsolidati mfasslin f’konformità ma’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29a, jew

▼B

(iv) 

b'mod ekwivalenti għall-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà kif determinati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tad- 21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 );

(c) 

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a) ikunu ġew ivverifikati minn awditur statutorju wieħed jew iktar jew ditta tal- ►C1  awditjar ◄ waħda jew aktar awtorizzati biex jivverifikaw dikjarazzjonijiet finanzjarji taħt il-liġi nazzjonali li tirregola l-impriża li tkun ħejjiet dawk id-dikjarazzjonijiet.

Il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 4(c) u (d), u l-paragrafi 5, 6 u 7 għandhom japplikaw.

Artikolu 23 9.

M'hemmx obbligu li impriża, inkluż entità ta’ interess pubbliku, tiġi inkluża f'dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati meta tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

f'każijiet estremamenti rari fejn l-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati skont din id-Direttiva ma tistax tinkiseb mingħajr spiża sproporzjonata jew dewmien eċċessiv;

(b) 

l-ishma ta’ dik l-impriża jkunu miżmuma esklużivament bil-għan li jerġgħu jinbiegħu. jew jew

(c) 

restrizzjonijiet severi u fit-tul ifixklu sostanzjalment:

(i) 

l- ►C1  impriża omm ◄ fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fuq l-assi jew il-ġestjoni ta’ dik l-impriża; jew

(ii) 

l-eżerċizzju ta’ ġestjoni unifikata ta’ dik l-impriża fejn tkun f’waħda mir-relazzjonijiet definiti fl-Artikolu 22(7).

Artikolu 23 10.

Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1), l-Artikolu 21 u l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe ►C1  impriża omm ◄ , inkluż entità ta' interess pubbliku, għandha tiġi eżentata mill-obbligu impost fl-Artikolu 22 jekk:

(a) 

ikollha biss impriżi sussidjarji, li huma immaterjali, kemm individwalment kif ukoll kollettivament; jew

(b) 

l-impriżi sussidjarji kollha tagħha jistgħu jiġu esklużi mill-konsolidament skont il-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.