|
+Artikolu 23 8. |
Artikolu 23 8.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2, 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru li jipprevedi eżenzjonijiet taħt il-paragrafi 3 u 5 ta' dan l-Artikolu, jista’ wkoll jeżenta mill-obbligu tat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat lil kull ►C1 impriża omm ◄ (l-impriża eżentata) regolata mil-liġi nazzjonali tiegħu li tkun ukoll impriża sussidjarja, inkluż entità ta' interess pubbliku sakemm din l-entità ta' interess pubbliku ma taqax taħt il-punt 1(a) tal-Artikolu 2, ►C1 impriża omm ◄ li ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru, jekk ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-impriża eżentata u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 9, l-impriżi sussidjarji tagħha kollha jkunu kkonsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ korp akbar ta’ impriżi;
(b)
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati imsemmijin fil-punt (a) u, fejn adatt, ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jitħejjew:
(i)
f’konformità ma’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29a,
(ii)
skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f' konformita' mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002,
(iii)
b’mod ekwivalenti għar-rapporti finanzjarji kkonsolidati u għar-rapporti ta’ ġestjoni kkonsolidati mfasslin f’konformità ma’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29a, jew
(iv)
b'mod ekwivalenti għall-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà kif determinati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tad- 21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 );
(c)
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a) ikunu ġew ivverifikati minn awditur statutorju wieħed jew iktar jew ditta tal- ►C1 awditjar ◄ waħda jew aktar awtorizzati biex jivverifikaw dikjarazzjonijiet finanzjarji taħt il-liġi nazzjonali li tirregola l-impriża li tkun ħejjiet dawk id-dikjarazzjonijiet. Il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 4(c) u (d), u l-paragrafi 5, 6 u 7 għandhom japplikaw. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|