|
+Artikolu 24 8. |
Artikolu 24 8.Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom jitħejjew fl-istess data bħar-rapporti finanzjarji annwali tal-
►C1
impriża omm ◄ . Madankollu, Stat Membru jista’ jippermetti jew jesiġi li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jitħejjew f’data oħra sabiex jittieħed kont tad-dati tal-karti tal-bilanċ tal-akbar numru tal-impriżi jew tal-aktar importanti minnhom inklużi fil-konsolidament, sakemm:
(a)
dak il-fatt jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u jingħataw ir-raġunijiet;
(b)
jiġu kkunsidrati jew issir divulgazzjoni ta’ avvenimenti importanti li jirrigwardaw l-assi u l-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew it-telf ta’ impriża inkluża f’konsolidament, li jkunu seħħu bejn id-data tal-karta tal-bilanċ ta’ dik l-impriża u d-data tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata; u
(c)
meta d-data tal-karta tal-bilanċ ta’ impriża tiġi qabel jew issegwi d-data tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata b’aktar minn tliet xhur, dik l-impriża għandha tiġi kkonsolidata fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji interim imħejjija fid-data tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|