+Artikolu 24 It-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
---+Artikolu 24 7.
---+Artikolu 24 8.
---+Artikolu 24 9.
---+Artikolu 24 10.
---+Artikolu 24 11.
---+Artikolu 24 12.
---+Artikolu 24 13.
---+Artikolu 24 14.
|
Artikolu 24 It-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
Il-Kapitoli 2 u 3 għandhom japplikaw fir-rigward ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, b'kont meħud tal-aġġustamenti essenzjali li jirriżultaw mill-karatteristiċi partikolari tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati meta mqabbla mar-rapporti finanzjarji annwali.
|
|
Artikolu 24 2.
|
L-assi u l-passivi ta' impriżi inklużi f'konsolidament għandhom jiġu inkorporati sħaħ fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata.
|
|
Artikolu 24 3.
|
Il-valuri skont il-kotba tal-ishma fil-kapital ta’ impriżi inklużi f’konsolidament għandhom jiġu bbilanċjati mal-proporzjon li jirrappreżentaw tal-kapital u r-riżervi ta’ dawk l-impriżi skont dan li ġej:
(a)
ħlief fil-każ ta' ishma fil-kapital tal-
►C1
impriża omm ◄ miżmumin jew minn dik l-impriża stess jew minn impriża oħra inkluża fil-konsolidament, li għandhom jiġu ttrattati bħala ishma proprji skont il-Kapitolu 3, dak l-ibbilaċjar għandu jsir abbażi tal-valuri skont il-kotba kif jidhru fid-data li fiha dawk l-impriżi jiġu inklużi fil-konsolidament għall-ewwel darba. Id-differenzi li jirriżultaw minn dak l-ibbilaċjar għandhom, sa fejn possibbli, jiddaħħlu direttament kontra dawk l-entrati fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata li jkollhom valuri ogħla jew taħt il-valuri tagħhom skont il-kotba;
(b)
Stat Membru jista’ jippermetti jew jesiġi l-ibbilanċjar abbażi tal-valuri ta’ assi u passivi identifikabbli fid-data tal-akkwist tal-ishma jew, fil-każ ta’ akkwist f’żewġ stadji jew aktar, fid-data li fiha l-impriża tkun saret sussidjarja;
(c)
kwalunkwe differenza li tibqa’ wara l-applikazzjoni tal-punt (a) jew li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (b) tintwera bħala avvjament fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata;
(d)
il-metodi użati biex jiġi kkalkulat il-valur tal-avvjament u kull varjazzjoni importanti fil-valur fir-rigward tas-sena finanzjarja preċedenti għandhom jiġu spjegati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
(e)
meta l-ibbilanċjar bejn avvjament pożittiv u negattiv ikun awtorizzat minn Stat Membru, in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandu jkun fihom analiżi tal-avvjament;
(f)
avvjament negattiv jista’ jiġi trasferit għar-rapport tal-qligħ u t-telf ikkonsolidat meta tali trattament ikun skont il-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu 2.
|
|
Artikolu 24 4.
|
Meta ishma f'impriżi sussidjarji inklużi fil-konsolidament ikunu miżmuma minn persuni li mhumiex dawk l-impriżi, l-ammont attribwibbli għal dawk l-ishma għandhom jintwerew separatament fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata bħala interessi mingħajr dritt ta' kontroll.
|
|
Artikolu 24 5.
|
L-introjtu u n-nefqa ta’ impriżi inklużi fil-konsolidament għandhom jiġu inkorporati sħaħ fir-rapport tal-qligħ u t-telf ikkonsolidat.
|
|
Artikolu 24 6.
|
L-ammont ta' kwalunkwe qligħ jew telf attribwibbli għall-ishma msemmijin fil-paragrafu 4 għandhom jintwerew separatament fir-rapport tal-qligħ u t-telf ikkonsolidat bħala l-qligħ jew it-telf attribwibbli għall-interessi mingħajr dritt ta' kontroll.
|
|
Artikolu 24 7.
|
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom juru l-assi, il-passivi, il-pożizzjonijiet finanzjarji, il-qligħ jew it-telf tal-impriżi inklużi f’konsolidament daqs li kieku kienu impriża waħda. B'mod partikolari, dawn li ġejjin għandhom jiġu eliminati mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati:
(a)
djun u pretensjonijiet bejn l-impriżi;
(b)
l-introjtu u n-nefqa li jirrigwardaw tranżazzjonijiet bejn l-impriżi; u
(c)
qligħ u telf li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet bejn l-impriżi, meta dawn jiġu inklużi fil-valuri skont il-kotba tal-assi.
|
|
Artikolu 24 8.
|
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom jitħejjew fl-istess data bħar-rapporti finanzjarji annwali tal-
►C1
impriża omm ◄ . Madankollu, Stat Membru jista’ jippermetti jew jesiġi li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jitħejjew f’data oħra sabiex jittieħed kont tad-dati tal-karti tal-bilanċ tal-akbar numru tal-impriżi jew tal-aktar importanti minnhom inklużi fil-konsolidament, sakemm:
(a)
dak il-fatt jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u jingħataw ir-raġunijiet;
(b)
jiġu kkunsidrati jew issir divulgazzjoni ta’ avvenimenti importanti li jirrigwardaw l-assi u l-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew it-telf ta’ impriża inkluża f’konsolidament, li jkunu seħħu bejn id-data tal-karta tal-bilanċ ta’ dik l-impriża u d-data tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata; u
(c)
meta d-data tal-karta tal-bilanċ ta’ impriża tiġi qabel jew issegwi d-data tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata b’aktar minn tliet xhur, dik l-impriża għandha tiġi kkonsolidata fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji interim imħejjija fid-data tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata.
|
|
Artikolu 24 9.
|
Jekk il-kompożizzjoni tal-impriżi inklużi f’konsolidament tkun inbidlet b’mod sinifikanti matul sena finanzjarja, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandu jkun fihom informazzjoni li tippermetti li t-tqabbil ta’ settijiet suċċessivi ta’ rapporti finanzjarji kkonsolidati jagħmel sens. Dan l-obbligu jista' jiġi ssodisfat bit-tħejjija ta’ karta tal-bilanċ aġġustata u komparattiva u rapport tal-intrjotu aġġustat u komparattiv.
|
|
Artikolu 24 10.
|
L-assi u l-passivi inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi uniformi u skont il-Kapitolu 2.
|
|
Artikolu 24 11.
|
Impriża li tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandha tapplika l-istess bażijiet ta’ kalkolu li huma applikati fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li jintużaw bażijiet oħra ta’ kalkolu skont il-Kapitolu 2 fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Meta jsir użu minn din id-deroga, dak il-fatt għandu jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati flimkien mar-raġunijiet mogħtija.
|
|
Artikolu 24 12.
|
Meta l-assi u l-passivi inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jkunu ġew ikkalkolati minn impriżi inklużi għall-fini tal-konsolidament permezz ta’ bażijiet li jkunu differenti minn dawk użati għall-konsolidament, dawk l-assi u l-passivi għandom jiġu kkalkulati mill-ġdid skont il-bażijiet użati għall-konsolidament. Derogi minn dan ir-rekwiżit huma permissibbli f'każijiet eċċezzjonali. Kwalunkwe deroga bħal din tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-raġunijiet għaliha.
|
|
Artikolu 24 13.
|
Il-bilanċi ta’ taxxa differita għandhom jiġu rikonoxxuti mal-konsolidament sakemm ikun probabbli li jinħoloq addebitament ta’ taxxa fil-futur qrib għal waħda mill-impriżi inklużi fil-konsolidament.
|
|
Artikolu 24 14.
|
Meta l-assi inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati kienu s-suġġett ta’ aġġustamenti tal-valur unikament għall-finijiet ta’ taxxa, huma jiġu inkorporati fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati biss wara li dawk l-aġġustamenti jkunu ġew eliminati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|