+Artikolu 27 Kontabbiltà bil-metodu tal-ekwità ta' impriżi assoċjati
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.
---+Artikolu 27 7.
---+Artikolu 27 8.
---+Artikolu 27 9.

Artikolu 27 Kontabbiltà bil-metodu tal-ekwità ta' impriżi assoċjati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.
Meta impriża inkluża f’konsolidament jkollha impriża assoċjata, dik l-impriża assoċjata għandha tintwera fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata bħala entrata separata b'intestatura adatta.
Artikolu 27 2.

Meta dan l-Artikolu jiġi applikat għall-ewwel darba għal impriża assoċjata, dik l-impriża assoċjata għandha tintwera fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata jew:

(a) 

bil-valur tiegħu fil-kotba ikkalkolat skont ir-regoli ta' kejl stipulati fil-Kapitoli 2 u 3. Id-differenza bejn dak il-valur u l-ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon ta' kapital u riżervi rappreżentati minn dak l-interess ta' parteċipazzjoni f'dik l-impriża assoċjata għandha tiġi żvelata separatament fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata jew fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Dik id-differenza għandha tiġi kkalkulata fid-data li fiha dak il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba; jew

(b) 

f’ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon tal-kapital u tar-riżervi tal-impriża assoċjata rappreżentat bl-interess ta' parteċipazzjoni f'din l-impriża assoċjata. Id-differenza bejn dak l-ammont u l-valur imniżżel fil-kotba kkalkulat skont ir-regoli ta' kejl stipulati fil-Kapitoli 2 u 3 għandha tiġi dżvelata separatament fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata jew fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Dik id-differenza għandha tiġi kkalkulata fid-data li fiha dak il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba.

Stat Membru jista' jippreskrivi l-applikazzjoni ta' wieħed jew iktar mill-għażliet mogħtija fil-punti (a) u (b). F'każijiet bħal dawn, il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata jew in-noti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom jindikaw liema minn dawk l-għażliet intużat.

Barra minn hekk, għall-finijiet tal-punti (a) u (b), Stat Membru jista' jippermetti jew jesiġi l-kalkolu tad-differenza fid-data ta' akkwist tal-ishma jew, meta dawn ġew akkwistati f'żewġ stadji jew iktar, fid-data li fiha l-impriża saret impriża assoċjata.

Artikolu 27 3.
Meta l-assi jew il-passivi ta' impriżi assoċjati ikunu ġew valutati b'metodi li mhumiex dawk użati għal konsolidazzjoni skond l-Artikolu 24(11), dawn jistgħu, għall-iskop ta' kalkolu tad-differenza msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, jiġu valutati mill-ġdid bil-metodi użati għal konsolidazzjoni. Meta ma jkunx sar dan il-kalkolu mill-ġdid dak il-fatt għandu jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati; Stat Membru jista' jesiġi dik il-valutazzjoni mill-ġdid.
Artikolu 27 4.
Il-valur fil-kotba imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, jew l-ammont li jikkorrispondi għall-proporzjon tal-kapital u riservi tal-impriża assoċjata msemmija fil- punt (b) tal-paragrafu 2, għandu jiżdied jew jitnaqqas bl-ammont ta' kull varjazzjoni li tkun saret matul is-sena finanzjarja fil-proporzjon tal-kapital u riservi tal-impriża assoċjata rappreżentata minn dak l-interess ta' parteċipazzjoni; huwa għandu jitnaqqas bl-ammont tad-dividendi li jirreferixxu għal dak l-interess ta' parteċipazzjoni.
Artikolu 27 5.
Sa fejn id-differenza pozittiva msemmija fil- punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ma tistax tirreferixxi għal xi kategorija ta' assi jew passivi hija għandha tiġi trattata skont ir-regoli applikabbli mal-entrata “avvjament” kif stipulati fil- punt (d) tal-Artikolu 12(6), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(11), il-punt (c) tal-Artikolu 24(3), u l-Anness III u l-Anness IV.
Artikolu 27 6.
Il-proporzjon tal-qligħ jew it-telf tal-impriżi assoċjati attribwibbli lill-interessi ta' parteċipazzjoni f'dawn l-impriżi assoċjati għandu jintwera fir-rapport tal-introjtu kkonsolidat bħala entrata separata taħt intestatura xierqa.
Artikolu 27 7.
L-eliminazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 24(7) għandhom jiġu effettwati sa fejn il-fatti huma magħrufa jew jistgħu jkunu aċċertati.
Artikolu 27 8.
Meta impriża assoċjata tħejji rapporti finanzjarji kkonsolidati, il-paragrafi 1 sa 7 għandhom japplikaw għall-kapital u r-riżervi li jidhru f’dawn ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati.
Artikolu 27 9.
Mhuwiex neċessarju li dan l-Artikolu jiġi applikat meta l-interess ta' parteċipazzjoni fil-kapital tal-impriża assoċjata ma jkunx materjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.