|
+Artikolu 28 1. |
Artikolu 28 1.In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jistabbilixxu l-informazzjoni rikjesti mill-Artikoli 16, 17 u 18, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa skont dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva b'mod li jiffaċilita l-valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi inklużi fil-konsolidament meħudin flimkien, filwaqt li jittieħed kont tal-aġġustamenti essenzjali bħala riżultat tal-karatteristiċi partikolari tar-rapporti finanzjarji kkonsolidati meta mqabbla mar-rapporti finanzjarji annwali, inkluż dan li ġej:
(a)
fl-iżvelar ta’ tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati, it-tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati inklużi f’konsolidament li jiġu eliminati mal-konsolidament ma għandhomx jiġu inklużi;
(b)
fl-iżvelar tan-numru medju ta’ impjegati li kienu impjegati matul is-sena finanzjarja jkun hemm divulgazzjoni separata tan-numru medju ta’ impjegati li kienu impjegati mill-impriżi li huma kkonsolidati b’mod proporzjonali; u
(c)
fl-iżvelar tal-ammonti ta’ emolumenti u ta’ ħlas bil-quddiem u ta’ krediti mogħtija lil membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza, għandhom jiġu żvelati biss l-ammonti mogħtija mill- ►C1 impriża omm ◄ u l-impriżi sussidjarji tagħha lil membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza tal- ►C1 impriża omm ◄ . 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|