+Artikolu 28 In-noti għar-rapporti finanzjarji kkonsolidati
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
|
Artikolu 28 In-noti għar-rapporti finanzjarji kkonsolidati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jistabbilixxu l-informazzjoni rikjesti mill-Artikoli 16, 17 u 18, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa skont dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva b'mod li jiffaċilita l-valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi inklużi fil-konsolidament meħudin flimkien, filwaqt li jittieħed kont tal-aġġustamenti essenzjali bħala riżultat tal-karatteristiċi partikolari tar-rapporti finanzjarji kkonsolidati meta mqabbla mar-rapporti finanzjarji annwali, inkluż dan li ġej:
(a)
fl-iżvelar ta’ tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati, it-tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati inklużi f’konsolidament li jiġu eliminati mal-konsolidament ma għandhomx jiġu inklużi;
(b)
fl-iżvelar tan-numru medju ta’ impjegati li kienu impjegati matul is-sena finanzjarja jkun hemm divulgazzjoni separata tan-numru medju ta’ impjegati li kienu impjegati mill-impriżi li huma kkonsolidati b’mod proporzjonali; u
(c)
fl-iżvelar tal-ammonti ta’ emolumenti u ta’ ħlas bil-quddiem u ta’ krediti mogħtija lil membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza, għandhom jiġu żvelati biss l-ammonti mogħtija mill-
►C1
impriża omm ◄ u l-impriżi sussidjarji tagħha lil membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza tal-
►C1
impriża omm ◄ .
|
|
Artikolu 28 2.
|
In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom, minbarra l-informazzjoni riskjesta taħt il-paragrafu 1, jagħtu l-informazzjoni li ġejja:
(a)
fir-rigward ta' impriżi li huma inklużi fil-konsolidament:
(i)
l-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati ta' dawk l-impriżi,
(ii)
il-proporzjon tal-kapital miżmum f'dawk l-impriżi, għajr l-
►C1
impriża omm ◄ , mill-impriżi li huma inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f'isimhom stess iżda għan-nom ta' dawk l-impriżi, u
(iii)
informazzjoni dwar liema mill-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 22(1), (2) u (7) wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(2), (4) u (5), tkun ifformat il-bażi li fuqha jkun sar il-konsolidament. Madankollu, dik l-iżvelar tista’ titħalla barra meta l-konsolidament jkun sar fuq il-bażi tal- punt (a) tal-Artikolu 22(1) u meta l-proporzjon tal-kapital u l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot miżmuma jkunu l-istess.
L-istess informazzjoni għandha tingħata fir-rigward ta’ impriżi esklużi minn konsolidament għar-raġunijiet ta' nuqqas ta' materjalità skont il- punt (j) tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 23(10) u għandha tingħata spjegazzjoni għall-esklużjoni tal-impriżi msemmijin fl-Artikolu 23(9);
(b)
l-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati ta’ impriżi assoċjati inklużi fil-konsolidament kif deskritt fl-Artikolu 27(1) u l-proporzjon tal-kapital tagħhom miżmum mill-impriżi inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi;
(c)
l-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati ta’ impriżi kkonsolidati b'mod proporzjonali skont l-Artikolu 26, il-fatturi li fuqhom tkun ibbażata l-ġestjoni konġunta ta' dawk l-impriżi, u l-proporzjon tal-kapital tagħhom miżmum mill-impriżi inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi; u
(d)
fir-rigward ta' kull waħda mill-impriżi, għajr dawk imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c), li fihom l-impriżi inklużi fil-konsolidament, jew huma nfushom jew permezz ta’ persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi, ikollhom interess ta' parteċipazzjoni:
(i)
l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta' dawk l-impriżi,
(ii)
il-proporzjon tal-kapital miżmum,
(iii)
l-ammont tal-kapital u r-riżervi, u l-qligħ jew it-telf għall-aħħar sena finanzjarja tal-impriża kkonċernata li għaliha jkunu ġew adottati dikjarazzjonijiet finanzjarji.
L-informazzjoni dwar il-kapital u r-riżervi u l-qligħ jew it-telf tista’ wkoll titħalla barra meta l-impriża kkonċernata ma tippubblikax il-karta tal-bilanċ tagħha.
|
|
Artikolu 28 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni rikjesta mill-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2 tieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni ffaljata skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/101/KE. L-iffaljar ta’ tali dikjarazzjoni għandu jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll li dik l-informazzjoni titħalla barra meta n-natura tagħha tkun tali li l-iżvelar tagħha jkun ta’ ħsara serja għal kwalunkwe waħda mill-impriża li għaliha tirreferi. L-Istati Membri jistgħu jissubordinaw dawn l-ommissjonijiet għal awtorizzazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel. Kull ommissjoni bħal din għandha tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|