|
+Artikolu 29b 5. |
Artikolu 29b 5.Meta tadotta atti delegati skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, kemm jista’ jkun, tqis:
(a)
il-ħidma ta’ inizjattivi globali ta’ ffissar ta’ standards għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, u standards u oqfsa eżistenti għall-kontabilità tal-kapital naturali u għall-kontabbiltà tal-gassijiet serra, għall-imġiba responsabbli fin-negozju, għar-responsabbiltà soċjali korporattiva u għall-iżvilupp sostenibbli;
(b)
l-informazzjoni li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jkollhom bżonn sabiex ikunu konformi mal-obbligi ta’ divulgazzjoni tagħhom stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2088 u fl-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament;
(c)
il-kriterji, l-indikaturi u l-metodoloġiji stabbiliti fl-atti delegati adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/852, inklużi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti skont l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(2) ta’ dak ir-Regolament u r-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament;
(d)
ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni applikabbli għall-amministraturi tal-parametri referenzjarji fir-rapport tal-parametri referenzjarji u fil-metodoloġija tal-parametri referenzjarji u l-istandards minimi għall-bini tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE Allinjati ma’ Pariġi f’konformità mar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816 ( 19 ) (UE) 2020/1817 ( 20 ) u (UE) 2020/1818 ( 21 )
(e)
id-divulgazzjonijiet speċifikati fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 434a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(f)
ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE ( 22 );
(g)
id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 )
(h)
ir-Regolament (UE) 2021/1119;
(i)
ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 );
(j)
id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 ) 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|