+Artikolu 29b Standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà
---+Artikolu 29b 1.
---+Artikolu 29b 2.
---+Artikolu 29b 3.
---+Artikolu 29b 4.
---+Artikolu 29b 5.

Artikolu 29b Standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29b 1.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 49 biex tissupplimenta din id-Direttiva b’tali mod li tipprevedi standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi għandhom jirrapportaw f’konformità mal-Artikoli 19a u 29a u, fejn rilevanti, għandhom jispeċifikaw l-istruttura li għandha tintuża biex tiġi rrapportata dik l-informazzjoni.

Fl-atti delegati adottati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tispeċifika, sat-30 ta’ Ġunju 2023, l-informazzjoni li l-impriżi jridu jirrapportaw f’konformità mal-Artikolu 19a(1) u (2), u mal- -Artikolu 29a(1) u (2) fejn applikabbli, li tal-anqas għandha tinkludi l-informazzjoni li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għall-obbligi ta’ divulgazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2088 jkollhom bżonn biex ikunu konformi ma’ dawk l-obbligi.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu ma’ għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel erba’ xhur wara l-adozzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha, tal-anqas kull tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni tagħhom, tirrieżamina l-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu, filwaqt li tqis il-parir tekniku tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju (EFRAG), u, fejn neċessarju, għandha temenda tali atti delegati sabiex jitqiesu l-iżviluppi rilevanti, inklużi l-iżviluppi fir-rigward tal-istandards internazzjonali.

Il-Kummissjoni għandha, mill-inqas darba fis-sena, tikkonsulta mal-Parlament Ewropew, u tikkonsulta b’mod konġunt mal-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Finanzi Sostenibbli msemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2020/852, u mal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabbiltà, msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 dwar il-programm ta’ ħidma tal-EFRAG fir-rigward tal-iżvilupp ta’ standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

Artikolu 29b 2.
►M8  L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom jiżguraw il-kwalità tal-informazzjoni rraportata, billi jirrikjedu li din tkun tinftiehem, rilevanti, verifikabbli, komparabbli u rrappreżentata b’mod leali. L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom jevitaw li jimponu piż amministrattiv jew finanzjarju sproporzjonat fuq l-impriżi, inkluż billi jqisu, kemm jista’ jkun possibbli, il-ħidma ta’ ffissar ta’ standards globali li jistabbilixxu l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif jirrikjedi l-punt (a) tal-paragrafu 5, u billi jiżguraw kemm jista’ jkun koerenza ma’ rekwiżiti f'atti legali oħra tal-Unjoni. L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom, sa fejn ikun possibbli, jagħtu prijorità lid-divugazzjoni ta’ informazzjoni kwantitattiva, filwaqt li jqisu l-piż fuq l-impriżi u l-ħtiġijiet tal-utenti. ◄

L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom, filwaqt li jqisu s-suġġett ta’ standard partikolari tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà:

(a) 

jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi jridu jiddivulgaw dwar il-fatturi ambjentali li ġejjin:

(i) 

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-ambitu 1, l-ambitu 2 u, fejn rilevanti, l-ambitu 3,

(ii) 

l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(iii) 

ir-riżorsi tal-ilma u tal-baħar;

(iv) 

l-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari;

(v) 

it-tniġġis;

(vi) 

il-bijodiversità u l-ekosistemi;

(b) 

jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi jridu jiddivulgaw dwar il-fatturi soċjali u relatati mad-drittijiet tal-bniedem li ġejjin:

(i) 

opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi u paga ugwali għal xogħol ugwali, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet, l-impjieg u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità, miżuri kontra l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol u d-diversità;

(ii) 

il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż l-impjieg sikur, il-ħin tax-xogħol, il-pagi adegwati, id-djalogu soċjali, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, l-eżistenza ta’ kunsilli tax-xogħolijiet, in-negozjar kollettiv, inkluż il-proporzjon ta’ ħaddiema koperti minn ftehimiet kollettivi, id-drittijiet ta’ informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u s-saħħa u s-sikurezza;

(iii) 

ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għal-libertajiet fundamentali, għall-prinċipji demokratiċi u għall-istandards stabbiliti fil-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem u f’konvenzjonijiet ewlenin oħrajn tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, id-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol u l-konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Karta Soċjali Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

(c) 

jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi jridu jiddivulgaw dwar il-fatturi ta’ governanza li ġejjin:

(i) 

ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u l-kompożizzjoni tagħhom, kif ukoll l-għarfien espert u l-ħiliet tagħhom b’rabta mat-twettiq ta’ dak ir-rwol jew l-aċċess li jkollhom tali korpi għal tali għarfien espert u ħiliet;

(ii) 

il-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta’ kontroll intern u tal-immaniġġjar tar-riskji fir-rigward tal-proċess ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;

(iii) 

l-etika tan-negozju u l-kultura korporattiva, inklużi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim, il-protezzjoni tal-informaturi u l-benessri tal-annimali;

(iv) 

attivitajiet u impenji tal-impriża b’rabta mal-eżerċitazzjoni tal-influwenza politika tagħha, inklużi attivitajiet ta’ lobbying;

(v) 

il-ġestjoni u l-kwalità tar-relazzjonijiet mal-klijenti, il-fornituri u l-komunitajiet affettwati mill-attivitajiet tal-impriża, inkluż il-prattiki ta’ pagament, speċjalment fir-rigward ta’ ħlasijiet tard lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju;

Artikolu 29b 3.
L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni prospettiva, retrospettiva, kwalitattiva u kwantitattiva, skont il-każ, li għandha tiġi rrapportata mill-impriżi.
Artikolu 29b 4.
►M8  L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom iqisu d-diffikultajiet li l-impriżi jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-ġbir ta’ informazzjoni minn atturi tul il-katina tal-valur tagħhom, speċjalment minn dawk li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 19a jew 29a u minn fornituri fi swieq u ekonomiji emerġenti. L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom jispeċifikaw divulgazzjonijiet dwar il-ktajjen tal-valur li huma proporzjonati u rilevanti għall-kapaċitajiet u l-karatteristiċi tal-impriżi fil-ktajjen tal-valur, u għall-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, speċjalment dawk tal-impriżi li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti ta' rapportar dwar is-sostenibbiltà fl-Artikolu 19a jew 29a. L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ma għandhomx jispeċifikaw divulgazzjonijiet li jirrikjedu li l-impriżi jiksbu mingħand impriżi fil-katina tal-valur tagħhom li, fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom, ma jaqbżux għadd medju ta’ 1 000 impjegat matul is-sena finanzjarja, kwalunkwe informazzjoni li teċċedi l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-użu volontarju msemmija fl-Artikolu 29ca. ◄

L-ewwel subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar l-impriżi biex iwettqu proċess ta’ diliġenza dovuta.

Artikolu 29b 5.

Meta tadotta atti delegati skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, kemm jista’ jkun, tqis:

(a) 

il-ħidma ta’ inizjattivi globali ta’ ffissar ta’ standards għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, u standards u oqfsa eżistenti għall-kontabilità tal-kapital naturali u għall-kontabbiltà tal-gassijiet serra, għall-imġiba responsabbli fin-negozju, għar-responsabbiltà soċjali korporattiva u għall-iżvilupp sostenibbli;

(b) 

l-informazzjoni li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jkollhom bżonn sabiex ikunu konformi mal-obbligi ta’ divulgazzjoni tagħhom stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2088 u fl-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament;

(c) 

il-kriterji, l-indikaturi u l-metodoloġiji stabbiliti fl-atti delegati adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/852, inklużi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti skont l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(2) ta’ dak ir-Regolament u r-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament;

(d) 

ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni applikabbli għall-amministraturi tal-parametri referenzjarji fir-rapport tal-parametri referenzjarji u fil-metodoloġija tal-parametri referenzjarji u l-istandards minimi għall-bini tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE Allinjati ma’ Pariġi f’konformità mar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816 ( 19 ) (UE) 2020/1817 ( 20 ) u (UE) 2020/1818 ( 21 )

(e) 

id-divulgazzjonijiet speċifikati fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 434a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f) 

ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE ( 22 );

(g) 

id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 )

(h) 

ir-Regolament (UE) 2021/1119;

(i) 

ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 );

(j) 

id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 )

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.