|
+Artikolu 30 1. |
Artikolu 30 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jippubblikaw, fi żmien raġonevoli li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar wara d-data tal-karta bilanċjali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u r-rapport ta’ ġestjoni approvati kif xieraq, fil-format elettroniku tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 29d ta’ din id-Direttiva, fejn applikabbli, flimkien mal-opinjoni u mar-rapport ippreżentati mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 34 ta’ din id-Direttiva, kif stabbilit mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu III tat-Titolu 1 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
28
) L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a jqiegħdu r-rapport ta’ ġestjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit web tagħhom, mingħajr ħlas. F’każ ta’ impriża li ma jkollhiex sit web, l-Istati Membri jistgħu jitolbuha tqiegħed għad-dispożizzjoni kopja bil-miktub tar-rapport ta’ ġestjoni tagħha fuq talba. Meta fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1), dik l-opinjoni għandha tiġi ppubblikata flimkien mad-dokumenti msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw impriżi mill-obbligu li jippubblikaw ir-rapport ta’ ġestjoni, fejn kopja tar-rapport kollu jew parti minnu tista’ tinkiseb faċilment meta tintalab bi prezz li ma jaqbiżx il-kost amministrattiv tagħha. L-eżenzjoni stabbilita fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tapplika għal impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 19a u 29a. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|