+Artikolu 30 Rekwiżit ġenerali għall-pubblikazzjoni
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
|
Artikolu 30 Rekwiżit ġenerali għall-pubblikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jippubblikaw, fi żmien raġonevoli li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar wara d-data tal-karta bilanċjali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u r-rapport ta’ ġestjoni approvati kif xieraq, fil-format elettroniku tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 29d ta’ din id-Direttiva, fejn applikabbli, flimkien mal-opinjoni u mar-rapport ippreżentati mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 34 ta’ din id-Direttiva, kif stabbilit mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu III tat-Titolu 1 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
28
) L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a jqiegħdu r-rapport ta’ ġestjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit web tagħhom, mingħajr ħlas. F’każ ta’ impriża li ma jkollhiex sit web, l-Istati Membri jistgħu jitolbuha tqiegħed għad-dispożizzjoni kopja bil-miktub tar-rapport ta’ ġestjoni tagħha fuq talba. Meta fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1), dik l-opinjoni għandha tiġi ppubblikata flimkien mad-dokumenti msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw impriżi mill-obbligu li jippubblikaw ir-rapport ta’ ġestjoni, fejn kopja tar-rapport kollu jew parti minnu tista’ tinkiseb faċilment meta tintalab bi prezz li ma jaqbiżx il-kost amministrattiv tagħha. L-eżenzjoni stabbilita fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tapplika għal impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 19a u 29a.
|
|
Artikolu 30 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw impriża msemmija fl-Anness II li għaliha japplikaw il-miżuri ta' koordinazzjoni preskritti minn din id-Direttiva permezz tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) milli tippubblika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE, sakemm dawk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jkunu disponibbli għall-pubbliku fl-uffiċċju prinċipali tagħha, fil-każijiet li ġejjin:
(a)
il-membri kollha tal-impriża kkonċernata li jkollhom responsabilità illimitata jkunu impriżi msemmija fl-Anness I li huma rregolati mil-liġijiet ta’ Stati Membri għajr l-Istat Membru li l-liġi tiegħu tirregola dik l-impriża, u l-ebda waħda minn dawk l-impriżi ma tippubblika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża kkonċernata mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha stess;
(b)
il-membri kollha tal-impriża kkonċernata li jkollhom responsabilità illimitata jkunu impriżi li mhumiex irregolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru imma li jkollhom forma ġuridika komparabbli għal dawk imsemmija fid-Direttiva 2009/101/KE.
Kopji tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jkunu jistgħu jinkisbu meta jintalbu. Il-prezz ta' tali kopja ma għandux ikun ogħla min-nefqa amministrattiva tagħha.
|
|
Artikolu 30 3.
|
Il-paragrafu 1 għandu japplika fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti dwar il-ġestjoni kkonsolidati. Meta l-impriża li tkun qed tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tkun stabbilita bħala waħda mit-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness II u ma tkunx obbligata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tagħha li tippubblika d-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 bl-istess mod kif preskritt fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE, hija għandha, bħala minimu, tagħmel dawk id-dokumenti disponibbli għall-pubbliku fl-uffiċċju prinċipali tagħha u għandha tipprovdi kopja fuq talba, li l-prezz tagħha ma għandux ikun ogħla min-nefqa amministrattiva tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|