|
+Artikolu 33 1. |
Artikolu 33 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji ta’ impriża, li jaġixxu fi ħdan il-kompetenzi assenjati lilhom mil-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva sabiex jiżguraw li d-dokumenti li ġejjin jitfasslu u jiġu ppubblikati f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u, fejn applikabbli, mal-istandards kontabilistiċi internazzjonali adottati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/815, mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmijin fl-Artikolu 29b ta’ din id-Direttiva, u mar-rekwiżiti tal-Artikolu 29d ta’ din id-Direttiva:
(a)
ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapport ta’ ġestjoni u d-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva meta jiġu pprovduti separatament; u
(b)
ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati, ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat u d-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva kkonsolidata meta jiġu pprovduti separatament. B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji ta’ impriża, li jaġixxu fi ħdan il-kompetenzi assenjati lilhom mil-liġi nazzjonali, ma jkollhomx responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li r-rapport ta’ ġestjoni, jew ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat, kif applikabbli, jitħejja f’konformità mal-Artikolu 29d. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|