+Artikolu 33 Obbligu u responsabbiltà għat-tħejjija u l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapport ta' ġestjoni
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.

Artikolu 33 Obbligu u responsabbiltà għat-tħejjija u l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapport ta' ġestjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji ta’ impriża, li jaġixxu fi ħdan il-kompetenzi assenjati lilhom mil-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva sabiex jiżguraw li d-dokumenti li ġejjin jitfasslu u jiġu ppubblikati f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u, fejn applikabbli, mal-istandards kontabilistiċi internazzjonali adottati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/815, mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmijin fl-Artikolu 29b ta’ din id-Direttiva, u mar-rekwiżiti tal-Artikolu 29d ta’ din id-Direttiva:

(a) 

ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapport ta’ ġestjoni u d-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva meta jiġu pprovduti separatament; u

(b) 

ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati, ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat u d-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva kkonsolidata meta jiġu pprovduti separatament.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji ta’ impriża, li jaġixxu fi ħdan il-kompetenzi assenjati lilhom mil-liġi nazzjonali, ma jkollhomx responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li r-rapport ta’ ġestjoni, jew ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat, kif applikabbli, jitħejja f’konformità mal-Artikolu 29d.

Artikolu 33 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom dwar ir-responsabbiltà, tal-inqas fir-rigward tal-impriża, japplikaw għall-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza tal-impriżi għall-ksur tal-obbligi imsemmijin fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.