+Artikolu 34 Rekwiżit ġenerali
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 2a.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
---+Artikolu 34 5.
---+Artikolu 34 6.

Artikolu 34 Rekwiżit ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku, ta’ impriżi medji u kbar jiġu ►C1  awditjati ◄ ti minn awditur statutorju wieħed jew aktar jew minn ditta tal- ►C1  awditjar ◄ waħda jew aktar li jkunu approvati mill-Istati Membri biex iwettqu awditjar statutorju fuq il-bażi tad-Direttiva 2006/43/KE.

L-awditur statutorju(i) jew id-ditta(i) tal- ►C1  awditjar ◄ ghandhom ukoll:

(a) 

jesprimu opinjoni dwar:

(i) 

jekk ir-rapport ta' ġestjoni huwiex konsistenti mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-istess sena finanzjarja, u

▼M4

(ii) 

jekk ir-rapport ta’ ġestjoni jkunx tħejja f’konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli, esklużi r-rekwiżiti tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 19a ta’ din id-Direttiva;

(aa) 

fejn applikabbli, jesprimu opinjoni bbażata fuq inkarigu ta’ aċċertament limitat fir-rigward tal-konformità tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, inkluż il-konformità tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b, il-proċess imwettaq mill-impriża sabiex tidentifika l-informazzjoni rrapportata skont dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, u l-konformità mar-rekwiżit ta’ markatura tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikolu 29d, u fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852;

(b) 

għandhom jiddikjaraw jekk, fid-dawl tal-għarfien u l-fehim tal-impriża u l-ambjent tagħha miksub matul l-awditjar, identifikawx dikjarazzjonijiet ħżiena materjali fir-rapport ta' ġestjoni u għandhom jagħtu indikazzjoni dwar in-natura ta' kwalunkwe tali dikjarazzjoni ħażina.

Artikolu 34 2.
L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapporti ta' ġestjoni kkonsolidati.
Artikolu 34 2a.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (aa), titħejja b’mod li jirrispetta bi sħiħ id-dritt tal-impriżi fil-katina tal-valur li, fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom, ma jaqbżux għadd medju ta’ 1 000 impjegat matul is-sena finanzjarja preċedenti li jirrifjutaw li jipprovdu lill-impriża li tirrapporta kwalunkwe informazzjoni li taqbeż il-livell tal-informazzjoni speċifikata fl-istandards għall-użu volontarju msemmija fl-Artikolu 29ca.
Artikolu 34 3.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu awditur statutorju jew ditta tal-awditjar differenti minn dik/dawk li twettaq/iwettqu l-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji biex jesprimu l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.
Artikolu 34 4.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament stabbilit fit-territorju tagħhom jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, dment li tali fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament ikun soġġett għal rekwiżiti li jkunu ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 30 )fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif iddefinit fl-Artikolu 2(22) ta’ dik id-Direttiva, partikolarment ir-rekwiżiti dwar:

(a) 

it-taħriġ u l-eżami, li jiżguraw li l-fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jiksbu l-għarfien espert meħtieġ dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;

(b) 

it-tkomplija tal-edukazzjoni;

(c) 

is-sistemi ta’ garanzija tal-kwalità;

(d) 

l-etika professjonali, l-indipendenza, l-oġġettività, il-kunfidenzjalità u s-sigriet professjonali;

(e) 

il-ħatra u t-tneħħija;

(f) 

l-investigazzjonijiet u s-sanzjonijiet;

(g) 

l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, b’mod partikolari f’termini ta’ riżorsi u persunal suffiċjenti u ż-żamma ta’ rekords u fajls tal-kontijiet tal-klijenti; u

(h) 

ir-rapportar tal-irregolaritajiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta fornitur indipendenti ta’ servizzi ta’ aċċertament jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, dik l-opinjoni titħejja skont l-Artikoli 26a, 27a u 28a tad-Direttiva 2006/43/KE u li, fejn applikabbli, il-kumitat tal-awditjar, jew kumitat iddedikat, jirrieżamina u jimmonitorja l-indipendenza tal-fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament f’konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 39(6) tad-Direttiva 2006/43/KE.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri indipendenti ta’ servizzi ta’ aċċertament akkreditati qabel l-1 ta’ Jannar 2024 għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti ta’ taħriġ u eżami msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament fl-1 ta’ Jannar 2024 ikunu għaddejjin mill-proċess ta’ akkreditazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali rilevanti ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti ta’ taħriġ u eżami msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, dment li jlestu dak il-proċess sal-1 ta’ Jannar 2026.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament msemmija fit-tielet u r-raba’ subparagrafi jiksbu l-għarfien meħtieġ fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u fl-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà permezz tar-rekwiżit ta’ edukazzjoni kontinwa msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.

Jekk Stat Membru, skont l-ewwel subparagrafu, jiddeċiedi li jippermetti fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għandu jippermetti wkoll lil awditur statutorju li jkun differenti minn dak/dawk li jkunu qed iwettaq/iwettqu l-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji jagħmel dan, kif previst fil-paragrafu 3.

Artikolu 34 5.
Mis-6 ta’ Jannar 2027 Stat Membru li jkun għamel użu mill-għażla prevista fil-paragrafu 4 (“l-Istat Membru ospitanti”) għandu jippermetti lill-fornitur indipendenti tas-servizzi tal-aċċertament stabbilit fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ospitanti (l-Istat Membru tad-domiċilju”) iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jkun responsabbli mis-superviżjoni tal-fornituri indipendenti tas-servizzi tal-aċċertament stabbiliti fit-territorju tiegħu, sakemm l-Istat Membru ospitanti ma jiddeċidix li jagħmel superviżjoni tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mwettqa minn fornituri indipendenti tas-servizzi tal-aċċertament fit-territorju tiegħu.

Jekk l-Istat Membru ospitanti jiddeċiedi li jissorvelja l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mwettqa fit-territorju tiegħu minn fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament irreġistrati fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru ospitanti għandu:

(a) 

ma jimponix rekwiżiti jew responsabbiltà aktar stretti fuq tali fornituri indipendenti ta’ servizzi ta’ aċċertament minn dawk meħtieġa għall-aċċertament tar- rapportar dwar is-sostenibbiltà mil-liġijiet nazzjonali għall-fornituri indipendenti ta’ servizzi ta’ aċċertament jew għall-awdituri stabbiliti f’dak l-Istat Membru ospitanti; u

(b) 

jinforma lil Stati Membri oħra dwar id-deċiżjoni tiegħu li jissorvelja l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mwettaq minn fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament stabbiliti fi Stati Membri oħra.

Artikolu 34 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta impriża tkun mitluba mil-liġi tal-Unjoni li jkollha elementi tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tagħha vverifikati minn parti terza indipendenti akkreditata, ir-rapport tal-parti terza indipendenti akkreditata jitqiegħed għad-dispożizzjoni bħala anness għar-rapport ta’ ġestjoni jew b’mezzi oħra aċċessibbli għall-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.