|
+Artikolu 34 4. |
Artikolu 34 4.L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament stabbilit fit-territorju tagħhom jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, dment li tali fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament ikun soġġett għal rekwiżiti li jkunu ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 30 )fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif iddefinit fl-Artikolu 2(22) ta’ dik id-Direttiva, partikolarment ir-rekwiżiti dwar:
(a)
it-taħriġ u l-eżami, li jiżguraw li l-fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jiksbu l-għarfien espert meħtieġ dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;
(b)
it-tkomplija tal-edukazzjoni;
(c)
is-sistemi ta’ garanzija tal-kwalità;
(d)
l-etika professjonali, l-indipendenza, l-oġġettività, il-kunfidenzjalità u s-sigriet professjonali;
(e)
il-ħatra u t-tneħħija;
(f)
l-investigazzjonijiet u s-sanzjonijiet;
(g)
l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, b’mod partikolari f’termini ta’ riżorsi u persunal suffiċjenti u ż-żamma ta’ rekords u fajls tal-kontijiet tal-klijenti; u
(h)
ir-rapportar tal-irregolaritajiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta fornitur indipendenti ta’ servizzi ta’ aċċertament jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, dik l-opinjoni titħejja skont l-Artikoli 26a, 27a u 28a tad-Direttiva 2006/43/KE u li, fejn applikabbli, il-kumitat tal-awditjar, jew kumitat iddedikat, jirrieżamina u jimmonitorja l-indipendenza tal-fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament f’konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 39(6) tad-Direttiva 2006/43/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri indipendenti ta’ servizzi ta’ aċċertament akkreditati qabel l-1 ta’ Jannar 2024 għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti ta’ taħriġ u eżami msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament fl-1 ta’ Jannar 2024 ikunu għaddejjin mill-proċess ta’ akkreditazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali rilevanti ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti ta’ taħriġ u eżami msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, dment li jlestu dak il-proċess sal-1 ta’ Jannar 2026. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament msemmija fit-tielet u r-raba’ subparagrafi jiksbu l-għarfien meħtieġ fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u fl-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà permezz tar-rekwiżit ta’ edukazzjoni kontinwa msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu. Jekk Stat Membru, skont l-ewwel subparagrafu, jiddeċiedi li jippermetti fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għandu jippermetti wkoll lil awditur statutorju li jkun differenti minn dak/dawk li jkunu qed iwettaq/iwettqu l-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji jagħmel dan, kif previst fil-paragrafu 3. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|