|
+Artikolu 35 1. |
Artikolu 35 1.Ir-rapport tal- ►C1 awditjar ◄ għandu jinkludi:
(a)
introduzzjoni li għandha, bħala minimu, tidentifika r-rapporti finanzjarji li jkunu s-suġġett tal- ►C1 awditjar statutorju ◄ , flimkien mal-qafas għar-rappurtar finanzjarju li jkun ġie applikat fit-tħejjija tagħhom;
(b)
(c)
opinjoni tal-awditur, li għandha tkun jew mhux kwalifikata, kwalifikata jew inkella opinjoni negattiva u li għandha tindika b'mod ċar l-opinjoni tal-awditur statutorju dwar:
(i)
jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jagħtux stampa veritiera u ġusta skont il-qafas rilevanti għar-rapportar finanzjarju, u,
(ii)
fejn adatt, jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji. Jekk l-awditur statutorju ma jkunx jista' jesprimi opinjoni tal-awditur, fir-rapport għandu jkun hemm riserva ta' opinjoni;
(d)
referenza għal kwalunkwe kwistjoni li l-awditur statutorju jiġbed l-attenzjoni għaliha permezz ta’ enfasi mingħajr ma jikkwalifika l-opinjoni tal-awditur;
(e)
l-opinjoni u d-dikjarazzjoni msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE ( 31 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|