+Artikolu 35 Enendar tad-Direttiva 2006/43/KE, fir-rigward tar-rapport tal-►C1awditjar◄
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.

Artikolu 35 Enendar tad-Direttiva 2006/43/KE, fir-rigward tar-rapport tal-►C1awditjar◄

L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2006/43/KE huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 28

Rappurtar tal- ►C1  awditjar ◄

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1.

Ir-rapport tal- ►C1  awditjar ◄ għandu jinkludi:

(a) 

introduzzjoni li għandha, bħala minimu, tidentifika r-rapporti finanzjarji li jkunu s-suġġett tal- ►C1  awditjar statutorju ◄ , flimkien mal-qafas għar-rappurtar finanzjarju li jkun ġie applikat fit-tħejjija tagħhom;

(b) 

deskrizzjoni tal-ambitu tal- ►C1  awditjar statutorju ◄ li għandha, bħala minimu, tidentifika l-istandards tal- ►C1  awditjar ◄ li skonthom tkun sar ►C1  awditjar ◄ statutorju;

(c) 

opinjoni tal-awditur, li għandha tkun jew mhux kwalifikata, kwalifikata jew inkella opinjoni negattiva u li għandha tindika b'mod ċar l-opinjoni tal-awditur statutorju dwar:

(i) 

jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jagħtux stampa veritiera u ġusta skont il-qafas rilevanti għar-rapportar finanzjarju, u,

(ii) 

fejn adatt, jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji.

Jekk l-awditur statutorju ma jkunx jista' jesprimi opinjoni tal-awditur, fir-rapport għandu jkun hemm riserva ta' opinjoni;

(d) 

referenza għal kwalunkwe kwistjoni li l-awditur statutorju jiġbed l-attenzjoni għaliha permezz ta’ enfasi mingħajr ma jikkwalifika l-opinjoni tal-awditur;

(e) 

l-opinjoni u d-dikjarazzjoni msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE ( 31 ).

Artikolu 35 2.
Ir-rapport tal- ►C1  awditjar ◄ għandu jiġi ffirmat u datat mill-awditur statutorju. Meta ditta tal- ►C1  awditjar ◄ twettaq il- ►C1  awditjar ◄ statutorju, ir-rapport tal- ►C1  awditjar ◄ għandu jkun iffirmat tal-inqas mill-awditur(i) statutorju/i li jwettqu l- ►C1  awditjar ◄ statutorja f'isem id-ditta tal- ►C1  awditjar ◄ . F'ċirkostanzi eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li m'hemmx l-obbligu li din/dawn il-firma/firem tkun/ikunu żvelata(i) lill-pubbliku jekk tali żvelar jista' jwassal għal periklu imminenti u sinifikattiv għas-sigurtà personali ta' kwalunkwe persuna. Fi kwalunkwe każ l-isem (ismijiet) tal-persuna(i) involuti għandhom ikunu magħrufin mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
Artikolu 35 3.
Ir-rapport tal- ►C1  awditjar ◄ dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2. Fir-rapportar dwar il-konsistenza tar-rapport ta' ġestjoni u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kif rikjest mill-punt (e) tal-paragrafu 1, l-awditur statutorju jew id-ditta tal- ►C1  awditjar ◄ għandha tikkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat. Meta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal- ►C1  impriżi omm ◄ jkunu mehmuża mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, ir-rapporti tal- ►C1  awditjar ◄ rikjesti minn dan l-Artikolu jistgħu jiġu kkombinati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.