|
+Artikolu 36 1. |
Artikolu 36 1.L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil mikroimpriżi minn kwalunkwe obbligu minn dawn li ġejjin, jew minn dawn kollha:
(a)
l-obbligu ta' preżentazzjoni ta' “Prepagamenti u introjtu akkumulat” u “Akkumulazzjonijiet u introjtu differit”. Meta Stat Membru jagħmel użu minn dik l-għażla, huwa jista' jippermetti lil dawk l-impriżi, fir-rigward biss ta' imposti oħrajn imsemmijin fil-punt (b)(vi) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li ma jsegwux il-punt (d) tal-Artikolu 6(1) fir-rigward tar-rikonoxximent ta' ‘Prepagamenti u introjtu akkumulat’ u ‘Akkumulazzjonijet u introjtu differit’, sakemm dan il-fatt jiġi żvelat fin-noti għar-rapporti finanzjarji jew, skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu, f'qiegħ il-karta tal-bilanċ;
(b)
l-obbligu li jħejju noti dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont it-termini tal-Artikolu 16, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni meħtieġa mill-punti (d) u (e) tal- Artikolu 16(1) ta' din id-Direttiva u mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE tingħata f'qiegħ il-karta tal-bilanċ;
(c)
l-obbligu tat-tħejjija ta' rapport ta' ġestjoni skont il-Kapitolu 5, sakemm l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew, f'konformità mal-punt (b) ta' dan il-paragrafu, f'qiegħ il-karta tal-bilanċ;
(d)
l-obbligu tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali skont il-Kapitolu 7 ta' din in Direttiva, sakemm l-informazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ li tinsab fihom tiġi debitament depożitata, f'konformità mal-liġi nazzjonali, ma' mill-anqas awtorità kompetenti waħda nominata mill-Istat Membru kkonċernat. Kull meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ir-reġistru ċentrali, ir-reġistru kummerċjali, jew ir-reġistru tal-kumpaniji, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/101/KE, l-awtorità kompetenti hija obbligata tipprovdi reġistru bl-informazzjoni depożitata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|