+Artikolu 36 Eżenzjonijiet għal mikroimpriżi
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 5.
---+Artikolu 36 6.
---+Artikolu 36 7.
---+Artikolu 36 8.
---+Artikolu 36 9.

Artikolu 36 Eżenzjonijiet għal mikroimpriżi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36 1.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil mikroimpriżi minn kwalunkwe obbligu minn dawn li ġejjin, jew minn dawn kollha:

(a) 

l-obbligu ta' preżentazzjoni ta' “Prepagamenti u introjtu akkumulat” u “Akkumulazzjonijiet u introjtu differit”. Meta Stat Membru jagħmel użu minn dik l-għażla, huwa jista' jippermetti lil dawk l-impriżi, fir-rigward biss ta' imposti oħrajn imsemmijin fil-punt (b)(vi) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li ma jsegwux il-punt (d) tal-Artikolu 6(1) fir-rigward tar-rikonoxximent ta' ‘Prepagamenti u introjtu akkumulat’ u ‘Akkumulazzjonijet u introjtu differit’, sakemm dan il-fatt jiġi żvelat fin-noti għar-rapporti finanzjarji jew, skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu, f'qiegħ il-karta tal-bilanċ;

(b) 

l-obbligu li jħejju noti dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont it-termini tal-Artikolu 16, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni meħtieġa mill-punti (d) u (e) tal- Artikolu 16(1) ta' din id-Direttiva u mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE tingħata f'qiegħ il-karta tal-bilanċ;

(c) 

l-obbligu tat-tħejjija ta' rapport ta' ġestjoni skont il-Kapitolu 5, sakemm l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew, f'konformità mal-punt (b) ta' dan il-paragrafu, f'qiegħ il-karta tal-bilanċ;

(d) 

l-obbligu tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali skont il-Kapitolu 7 ta' din in Direttiva, sakemm l-informazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ li tinsab fihom tiġi debitament depożitata, f'konformità mal-liġi nazzjonali, ma' mill-anqas awtorità kompetenti waħda nominata mill-Istat Membru kkonċernat. Kull meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ir-reġistru ċentrali, ir-reġistru kummerċjali, jew ir-reġistru tal-kumpaniji, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/101/KE, l-awtorità kompetenti hija obbligata tipprovdi reġistru bl-informazzjoni depożitata.

Artikolu 36 2.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu mikroimpriżi:

(a) 

li jħejju biss karta tal-bilanċ imqassra li turi b'mod separat tal-anqas dawk l-entrati preċeduti mill-ittri fl-Anessi III jew IV, fejn applikabbli. Fil-każijiet fejn japplika l-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-entrati E taħt “Assi” u D taħt “Passivi” fl-Anness III jew l-entrati E u K fl-Anness IV għandhom jiġu esklużi mill-karta tal-bilanċ;

(b) 

li jħejju biss rapport tal-qligħ u t-telf imqassar li juri b'mod separat tal-inqas l-entrati li ġejjin, fejn applikabbli:

(i) 

fatturat nett,

(ii) 

introjtu ieħor,

(iii) 

spiża għall-materja prima u l-oġġetti ta' konsum,

(iv) 

spejjeż għall-persunal,

(v) 

aġġustamenti fil-valur,

(vi) 

imposti oħrajn,

(vii) 

taxxa,

(viii) 

qligħ jew telf.

Artikolu 36 3.
L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu jew jesiġu l-applikazzjoni tal-Artikolu 8 lil xi mikroimpriża li tagħmel użu minn xi waħda mill-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 36 4.
Fir-rigward tal-mikroimpriżi, dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali mħejjija skont il-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala li jagħtu l-istampa veritiera u ġusta rikjesta mill-Artikolu 4(3), u konsegwentement, l-Artikolu 4(4) ma għandux japplika għal dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
Artikolu 36 5.
Jekk japplika l-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, it-total fil-karta tal-bilanċ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għandu jikkonsisti mill-assi msemmijin fl-entrati A sa D taħt “Assi” fl- Anness III jew l-entrati A sa D fl- Anness IV.
Artikolu 36 6.
Mingħajr preġudizzju għal dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mikroimpriżi huma wkoll meqjusa bħala impriżi żgħar.
Artikolu 36 7.
L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li d-derogi previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 japplikaw fir-rigward ta' impriżi ta’ investiment jew impriżi holding finanzjarji.
Artikolu 36 8.
L-Istati Membri li 19 ta' Lulju 2013, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, ikunu daħħlu fis-seħħ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi f'konformità mad-Direttiva 2012/6/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Marzu 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji fir-rigward ta' mikroentitajiet ( 32 ), jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3(9) fir-rigward tat-traspożizzjoni f'muniti nazzjonali tal-limiti stipulati fl-Artikolu 3(1) fl-applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 53(1).
Artikolu 36 9.
Sa 20 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar is-sitwazzjoni tal-mikroimpriżi li jqis, b’mod partikolari, s-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali rigward in-numru ta’ impriżi koperti bil-kriterji tad-daqs u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.