L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) li jkunu rregolati mil-liġi tagħhom u li jkunu membri b’responsabbiltà illimitata ta’ xi impriża msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) (“l-impriża kkonċernata”), iħejju, issirilhom
►C1
awditjar
◄ u jippubblikaw, mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża kkonċernata skont din id-Direttiva; f' tali każ ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għall-impriża kkonċernata.