+Artikolu 38 Impriżi li jkunu membri b’responsabbiltà illimitata ta’ impriżi oħra
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.

Artikolu 38 Impriżi li jkunu membri b’responsabbiltà illimitata ta’ impriżi oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 1.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) li jkunu rregolati mil-liġi tagħhom u li jkunu membri b’responsabbiltà illimitata ta’ xi impriża msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) (“l-impriża kkonċernata”), iħejju, issirilhom ►C1  awditjar ◄ u jippubblikaw, mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża kkonċernata skont din id-Direttiva; f' tali każ ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għall-impriża kkonċernata.
Artikolu 38 2.

L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati japplikaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva għall-impriża kkonċernata meta:

(a) 

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża kkonċernata jitħejjew, issirilhom ►C1  awditjar ◄ u jkunu ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva minn impriża li:

(i) 

tkun membru b’responsabbiltà illimitata ta’ dik l-impriża kkonċernata, u

(ii) 

tkun irregolata mil-liġi ta' Stat Membru ieħor;

(b) 

l-impriża kkonċernata tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija, ivverifikati u ppublikati skont din id-Direttiva minn:

(i) 

membru b’responsabbiltà illimitata, jew

(ii) 

meta l-impriża kkonċernata tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati ta' korp ta' impriżi akbar mħejjija, ivverifikati u ppublikati skont din id-Direttiva, ►C1  impriża omm ◄ regolata mil-liġi ta' Stat Membru. Din l-eżenzjoni tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.

Artikolu 38 3.
Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, l-impriża kkonċernata għandha, fuq talba, tiżvela l-isem tal-impriża li tippubblika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.