|
+Artikolu 48 Rieżami |
Artikolu 48 RieżamiArtikolu 48 Rieżami Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Kapitolu, partikolarment fir-rigward tal-ambitu tal-obbligi tar-rapportar, u l-konformità magħhom, u l-modalitajiet tar-rapportar fuq bażi ta’ proġetti. Ir-rieżami għandu jqis l-iżviluppi internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tat-titjib tat-trasparenza tal-pagamenti lill-gvernijiet, jevalwa l-impatti ta' reġimi internazzjonali oħra u jikkunsidra l-effetti fuq il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan għandu jitlesta sa 21 ta' Lulju 2018. Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk adatt. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-estensjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar għal setturi tal-industrija addizzjonali u jekk ir-rapport dwar ħlasijiet lill-gvernijiet għandux jiġi awditjat. Ir-rapport għandu wkoll jikkunsidra l-iżvelar ta' informazzjoni addizzjonali rigward in-numru medju ta' impjegati, l-użu ta' sottokuntratturi u kwalunkwe sanzjoni pekunjarja amministrata għal kull pajjiż. Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fl-OECD u r-riżultati ta' inizjattivi Ewropej relatati, il-possibilità li jiġi introdott obbligu li jirrikjedi li l-impriżi kbar jipproduċu fuq bażi annwali, rapport pajjiż b'pajjiż għal kull Stat Membru u pajjiż terz li joperaw fih, li, bħala minimu, ikun fih informazzjoni dwar il-profitti magħmula, it-taxxi mħallsa fuq il-profitti u s-sussidji pubbliċi riċevuti. Barra minn hekk, ir-rapport għandu janalizza l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta' obbligu għall-emittenti kollha tal-Unjoni biex iwettqu b'mod debitu diliġenza meta jieħdu sorsi ta' minerali biex jiżguraw li l-katini tal-provvista m'għandhom l-ebda rabta ma' partijiet ta' kunflitt u jħarsu r-rakkomandazzjonijiet tal-EITI u tal-OECD dwar ġestjoni responsabbli tal-katina tal-provvista. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|