+KAPITOLU 10 RAPPORT DWAR PAGAMENTI LILL-GVERNIJIET
---+Artikolu 41 Definizzjonijiet relatati ma' rappurtar dwar pagamenti lil gvernijiet
---+Artikolu 42 Impriżi li huma obbligati jirrapportaw dwar pagamenti lill-gvernijiet
------+Artikolu 42 1.
------+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 43 Kontenut tar-rapport
------+Artikolu 43 1.
------+Artikolu 43 2.
------+Artikolu 43 3.
------+Artikolu 43 4.
------+Artikolu 43 5.
---+Artikolu 44 Rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lill-gvernijiet
------+Artikolu 44 1.
------+Artikolu 44 2.
------+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 45 Pubblikazzjoni
------+Artikolu 45 1.
------+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 46 Kriterji ta’ ekwivalenza
------+Artikolu 46 1.
------+Artikolu 46 2.
------+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 47 Applikazzjoni tal-kriterji ta’ ekwivalenza
---+Artikolu 48 Rieżami
|
KAPITOLU 10 RAPPORT DWAR PAGAMENTI LILL-GVERNIJIET
KAPITOLU 10 RAPPORT DWAR PAGAMENTI LILL-GVERNIJIET
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 Definizzjonijiet relatati ma' rappurtar dwar pagamenti lil gvernijiet
|
Artikolu 41
Definizzjonijiet relatati ma' rappurtar dwar pagamenti lil gvernijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.
“impriża attiva fl-industrija estrattiva” tfisser impriża b'attività li tinvolvi l-esplorazzjoni, il-prospettar, l-iskoperta, l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta' minerali, żejt, u depożiti ta' gass naturali jew materjali oħrajn, fl-ambitu tal-attivitajiet ekonomiċi elenkati fit-Taqsima B-Diviżjonijiet 05 sa 08 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (
33
);
2.
“impriża attiva fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji” tfisser impriża b'attivitajiet kif imsemmijin fit-Taqsima A-Diviżjoni 02, Grupp 02.2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 1, f'foresti primarji;
3.
“gvern” tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew ta' pajjiż terz. Tinkludi dipartiment, aġenzija jew impriża kkontrollata minn dik l-awtorità kif stipulat fl-Artikolu 22(1) sa (6) ta' din id-Direttiva;
4.
“proġett” tfisser l-attivitajiet operazzjonali li huma rregolati minn kuntratt wieħed, liċenzja waħda, kera waħda, konċessjoni waħda jew ftehimiet legali simili u jiffurmaw il-bażi għal obbligu ta' pagament ma' gvern. Minkejja dan, jekk diversi ftehimiet bħal dawn huma interkonnessi sostanzjalment, dan għandu jitqies bħala proġett;
5.
“pagament” tfisser ammont imħallas, sew fi flus jew in natura, għal attivitajiet kif deskritti fil-punti 1 u 2, tat-tipi li ġejjin:
(a)
drittijiet għal produzzjoni;
(b)
taxxi imposti fuq id-dħul, il-produzzjoni jew il-profitti ta' kumpanniji, li jeskludu taxxi imposti fuq il-konsum bħal taxxi fuq il-valur miżjud, taxxi fuq id-dħul personali jew taxxi fuq il-bejgħ;
(c)
drittijiet monetarji (royalties);
(e)
bonusijiet li jitħallsu mal-firma ta' kuntratt, mal-iskoperta jew mal-bidu tal-produzzjoni;
(f)
ħlasijiet ta’ liċenzji, ħlasijiet għall-parteċipazzjoni, u korrispettivi oħra għal-liċenzji u/jew konċessjonijiet; u
(g)
pagamenti għal titjib fl-infrastruttura;
|
|
Artikolu 42 Impriżi li huma obbligati jirrapportaw dwar pagamenti lill-gvernijiet
|
|
|
Artikolu 43 Kontenut tar-rapport
|
|
|
Artikolu 44 Rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lill-gvernijiet
|
|
|
Artikolu 45 Pubblikazzjoni
|
|
|
Artikolu 46 Kriterji ta’ ekwivalenza
|
|
|
Artikolu 47 Applikazzjoni tal-kriterji ta’ ekwivalenza
|
Artikolu 47
Applikazzjoni tal-kriterji ta’ ekwivalenza
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jidentifikaw dawk ir-rekwiżiti ta' rappurtar ta' pajjiżi terzi li, wara l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ ekwivalenza identifikati skont l-Artikolu 46, hija tikkunsidra li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2).
|
|
Artikolu 48 Rieżami
|
Artikolu 48
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Kapitolu, partikolarment fir-rigward tal-ambitu tal-obbligi tar-rapportar, u l-konformità magħhom, u l-modalitajiet tar-rapportar fuq bażi ta’ proġetti.
Ir-rieżami għandu jqis l-iżviluppi internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tat-titjib tat-trasparenza tal-pagamenti lill-gvernijiet, jevalwa l-impatti ta' reġimi internazzjonali oħra u jikkunsidra l-effetti fuq il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan għandu jitlesta sa 21 ta' Lulju 2018.
Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk adatt. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-estensjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar għal setturi tal-industrija addizzjonali u jekk ir-rapport dwar ħlasijiet lill-gvernijiet għandux jiġi awditjat. Ir-rapport għandu wkoll jikkunsidra l-iżvelar ta' informazzjoni addizzjonali rigward in-numru medju ta' impjegati, l-użu ta' sottokuntratturi u kwalunkwe sanzjoni pekunjarja amministrata għal kull pajjiż.
▼M1
Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fl-OECD u r-riżultati ta' inizjattivi Ewropej relatati, il-possibilità li jiġi introdott obbligu li jirrikjedi li l-impriżi kbar jipproduċu fuq bażi annwali, rapport pajjiż b'pajjiż għal kull Stat Membru u pajjiż terz li joperaw fih, li, bħala minimu, ikun fih informazzjoni dwar il-profitti magħmula, it-taxxi mħallsa fuq il-profitti u s-sussidji pubbliċi riċevuti.
▼B
Barra minn hekk, ir-rapport għandu janalizza l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta' obbligu għall-emittenti kollha tal-Unjoni biex iwettqu b'mod debitu diliġenza meta jieħdu sorsi ta' minerali biex jiżguraw li l-katini tal-provvista m'għandhom l-ebda rabta ma' partijiet ta' kunflitt u jħarsu r-rakkomandazzjonijiet tal-EITI u tal-OECD dwar ġestjoni responsabbli tal-katina tal-provvista.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|