L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex ir-regola stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tapplikax għal impriżi awtonomi u impriżi omm apikali fejn tali impriżi jew l-impriżi affiljati magħhom jiddivulgaw rapport, f’konformità mal-Artikolu 89 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (
34
) li jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet kollha tagħhom u, fil-każ tal-impriżi omm apikali, dwar l-attivitajiet kollha tal-impriżi affiljati kollha inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.