+Artikolu 48b Impriżi u fergħat li huma meħtieġa jirrapportaw fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu
---+Artikolu 48b 1.
---+Artikolu 48b 2.
---+Artikolu 48b 3.
---+Artikolu 48b 4.
---+Artikolu 48b 5.
---+Artikolu 48b 6.
---+Artikolu 48b 7.
|
Artikolu 48b Impriżi u fergħat li huma meħtieġa jirrapportaw fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48b 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi omm apikali regolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom, fejn id-dħul konsolidat fid-data tal-karta bilanċjali tagħhom qabeż għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi total ta’ EUR 750 000 000 , kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tagħhom, biex ifasslu, jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fir-rigward tal-aħħar sena minn dawk is-sentejn finanzjarji konsekuttivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex impriża omm apikali ma tibqax soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar stipulati fl-ewwel subparagrafu fejn id-dħul konsolidat totali fid-data tal-karta bilanċjali tagħha jaqa’ taħt l-EUR 750 000 000 għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tagħha. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi awtonomi regolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom, fejn id-dħul fid-data tal-karta bilanċjali tagħhom qabeż għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi total ta’ EUR 750 000 000 , kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħhom, biex ifasslu, jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fir-rigward tal-aħħar sena minn dawk is-sentejn finanzjarji konsekuttivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex impriża awtonoma ma tibqax soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-ewwel subparagrafu fejn id-dħul totali fid-data tal-karta bilanċjali jaqa’ taħt l-EUR 750 000 000 għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.
|
|
Artikolu 48b 2.
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex ir-regola stabbilita fil-paragrafu 1 ma tapplikax għal impriżi awtonomi jew impriżi omm apikali u l-impriżi affiljati magħhom fejn tali impriżi, inkluż il-fergħat tagħhom, ikunu stabbiliti, jew ikollhom il-postijiet fissi ta’ negozju jew l-attività permanenti ta’ negozju, fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u fl-ebda ġurisdizzjoni tat-taxxa oħra.
|
|
Artikolu 48b 3.
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex ir-regola stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tapplikax għal impriżi awtonomi u impriżi omm apikali fejn tali impriżi jew l-impriżi affiljati magħhom jiddivulgaw rapport, f’konformità mal-Artikolu 89 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (
34
) li jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet kollha tagħhom u, fil-każ tal-impriżi omm apikali, dwar l-attivitajiet kollha tal-impriżi affiljati kollha inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.
|
|
Artikolu 48b 4.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi sussidjarji ta’ daqs medju u kbir kif imsemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) li jkunu regolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u kkontrollati minn impriża omm apikali li ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru, fejn id-dħul konsolidat fid-data tal-karta bilanċjali tagħha qabeż għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi total ta’ EUR 750 000 000 , kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tagħha, biex jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu li jikkonċerna dik l-impriża omm apikali fir-rigward tal-aħħar sena minn dawk is-sentejn finanzjarji konsekuttivi. Fejn dik l-informazzjoni jew dak ir-rapport ma jkunux disponibbli, l-impriża sussidjarja għandha titlob lill-impriża omm apikali tagħha biex tipprovdilha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermettilha li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel subparagrafu. Jekk l-impriża omm apikali ma tipprovdix l-informazzjoni kollha meħtieġa, l-impriża sussidjarja għandha tfassal, tippubblika u tagħmel aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu li jkun fih l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha, miksuba jew akkwistata, u dikjarazzjoni li tindika li l-impriża omm apikali tagħha ma għamlitx l-informazzjoni meħtieġa disponibbli. L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex l-impriżi sussidjarji ta’ daqs medju u kbar ma jibqgħux soġġetti għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’dan il-paragrafu fejn id-dħul konsolidat totali tal-impriża omm apikali fid-data tal-karta bilanċjali tagħha jaqa’ taħt l-EUR 750 000 000 għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tagħha.
|
|
Artikolu 48b 5.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-fergħat miftuħa fit-territorji tagħhom minn impriżi li ma jkunux regolati mil-liġi ta’ Stat Membru biex jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu li tikkonċerna l-impriża omm apikali jew l-impriża awtonoma msemmija fil-punt (a) tas-sitt subparagrafu, fir-rigward tal-aħħar sena tal-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi. Fejn dik l-informazzjoni jew dak ir-rapport ma jkunux disponibbli, il-persunal jew persuni maħtura biex iwettqu l-formalitajiet ta’ divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 48e(2) għandhom jitolbu lill-impriża omm apikali jew lill-impriża awtonoma msemmija fil-punt (a) tas-sitt subparagrafu ta’ dan il-paragrafu biex tipprovdilhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom. Fil-każ li l-informazzjoni li tingħata ma tkunx l-informazzjoni kollha meħtieġa, il-fergħa għandha tfassal, tippubblika u tagħmel aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, li jkun fih l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha, miksuba jew akkwistata, u dikjarazzjoni li tindika li l-impriża omm apikali jew l-impriża awtonoma ma għamlitx l-informazzjoni meħtieġa disponibbli. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’dan il-paragrafu japplikaw biss għal fergħat li għandhom fatturat nett li qabeż il-limitu kif traspost skont l-Artikolu 3(2) għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex fergħa soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar taħt dan il-paragrafu ma tibqax soġġetta għal dawk l-obbligi fejn il-fatturat nett tagħha jaqa’ taħt il-limitu kif traspost skont l-Artikolu 3(2) għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex ir-regoli stabbiliti f’dan il-paragrafu japplikaw għal fergħa biss fejn jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
(a)
l-impriża li fetħet il-fergħa tkun jew impriża affiljata ta’ grupp li l-impriża omm apikali tiegħu ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru u li d-dħul konsolidat tiegħu fid-data tal-karta bilanċjali tiegħu tkun qabeż għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi total ta’ EUR 750 000 000 , kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tiegħu, jew impriża awtonoma li d-dħul tagħha fid-data tal-karta bilanċjali tagħha qabeż għal kull sena mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi total ta’ EUR 750 000 000 kif rifless fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha; u
(b)
l-impriża omm apikali msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu ma jkollhiex impriża sussidjarja ta’ daqs medju jew kbir kif imsemmi fil-paragrafu 4.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex fergħa ma tibqax soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’dan il-paragrafu fejn il-kriterju previst fil-punt (a) ma jibqax issodisfat għal sentejn finanzjarji konsekuttivi.
|
|
Artikolu 48b 6.
|
L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu fejn rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jitfassal minn impriża omm apikali jew impriża awtonoma li ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru, b’mod li jkun konsistenti mal-Artikolu 48c, u jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a)
isir aċċessibbli għall-pubbliku, mingħajr ħlas u f’format ta’ rapportar elettroniku li jinqara mill-magni:
(i)
fis-sit web ta’ dik l-impriża omm apikali jew ta’ dik l-impriża awtonoma;
(ii)
f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni;
(iii)
mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-karta bilanċjali tas-sena finanzjarja li għaliha jkun tfassal ir-rapport; u
(b)
jidentifika l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ impriża sussidjarja unika, jew l-isem u l-indirizz ta’ fergħa unika regolata mil-liġi ta’ Stat Membru, li tkun ippubblikat rapport f’konformità mal-Artikolu 48d(1).
|
|
Artikolu 48b 7.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi sussidjarji jew lill-fergħat li ma jkunux soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu biex jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fejn tali impriżi sussidjarji jew fergħat ma jservu ebda għan ieħor ħlief dak li jevadu l-obbligi tar-rapportar stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|