+Artikolu 48c 2.

Artikolu 48c 2.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsisti minn:

(a) 

l-isem tal-impriża omm apikali jew tal-impriża awtonoma, is-sena finanzjarja kkonċernata, il-munita użata għall-preżentazzjoni tar-rapport u, fejn applikabbli, lista tal-impriżi sussidjarji kollha konsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża omm apikali, fir-rigward tas-sena finanzjarja rilevanti, stabbilita fl-Unjoni jew f’ġurisdizzjonijiet tat-taxxa inklużi fl-Annessi I u II tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa;

(b) 

deskrizzjoni fil-qosor tan-natura tal-attivitajiet tagħhom;

(c) 

l-għadd ta’ impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full time;

(d) 

id-dħul, li għandu jiġi kkalkulat bħala:

(i) 

is-somma tal-fatturat nett, introjtu operatorju ieħor, introjtu minn interessi ta’ parteċipazzjoni, eskluż dividendi riċevuti minn impriżi affiljati, introjtu minn investimenti u self oħrajn li jiffurmaw parti mill-assi fissi, interessi oħra riċevibbli u introjtu simili kif elenkati fl-Annessi V u VI ta’ din id-Direttiva; jew

(ii) 

l-introjtu kif definit mill-qafas ta’ rapportar finanzjarju li abbażi tiegħu jitħejjew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, eskluż aġġustamenti fil-valur u dividendi riċevuti mill-impriżi affiljati;

(e) 

l-ammont ta’ profitt jew telf qabel it-taxxa fuq l-introjtu;

(f) 

l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu akkumulat matul is-sena finanzjarja rilevanti, li għandu jiġi kkalkulat bħala l-ispiża tat-taxxa kurrenti rikonoxxuta fuq profitti jew telf taxxabbli tas-sena finanzjarja minn impriżi u minn fergħat fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti;

(g) 

l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu mħallas fuq bażi ta’ flus kontanti, li għandu jiġi kkalkulat bħala l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu mħallas matul is-sena finanzjarja rilevanti minn impriżi u minn fergħat fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti; u

(h) 

l-ammont ta’ qligħ akkumulat fit-tmiem is-sena finanzjarja rilevanti.

Għall-finijiet tal-punt (d), id-dħul għandu jinkludi t-tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati.

Għall-finijiet tal-punt (f), l-ispiża tat-taxxa kurrenti għandha tkun relatata biss mal-attivitajiet ta’ impriża fis-sena finanzjarja rilevanti u ma għandhiex tinkludi taxxi differiti jew dispożizzjonijiet għal obbligazzjonijiet tat-taxxa inċerti.

Għall-finijiet tal-punt (g), it-taxxi mħallsa għandhom jinkludu taxxi minn ras il-għajn mħallsa minn impriżi oħra fir-rigward ta’ pagamenti lil impriżi u fergħat fi grupp.

Għall-finijiet tal-punt (h), il-qligħ akkumulat ifisser is-somma tal-profitti mis-snin finanzjarji preċedenti u s-sena finanzjarja rilevanti, li l-mod tad-distribuzzjoni tagħhom ikun għad ma ġiex deċiż. Fir-rigward ta’ fergħat, il-qligħ akkumulat għandu jkun dak tal-impriża li fetħet il-fergħa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.