+Artikolu 48c Kontenut tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu
---+Artikolu 48c 1.
---+Artikolu 48c 2.
---+Artikolu 48c 3.
---+Artikolu 48c 4.
---+Artikolu 48c 5.
---+Artikolu 48c 6.
---+Artikolu 48c 7.
---+Artikolu 48c 8.
---+Artikolu 48c 9.
---+Artikolu 48c 10.
|
Artikolu 48c Kontenut tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48c 1.
|
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu meħtieġ taħt l-Artikolu 48b għandu jinkludi l-informazzjoni relatata mal-attivitajiet kollha tal-impriża awtonoma jew tal-impriża omm apikali, inkluż dawk tal-impriżi affiljati kollha konsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji fir-rigward tas-sena finanzjarja rilevanti.
|
|
Artikolu 48c 2.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsisti minn:
(a)
l-isem tal-impriża omm apikali jew tal-impriża awtonoma, is-sena finanzjarja kkonċernata, il-munita użata għall-preżentazzjoni tar-rapport u, fejn applikabbli, lista tal-impriżi sussidjarji kollha konsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża omm apikali, fir-rigward tas-sena finanzjarja rilevanti, stabbilita fl-Unjoni jew f’ġurisdizzjonijiet tat-taxxa inklużi fl-Annessi I u II tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa;
(b)
deskrizzjoni fil-qosor tan-natura tal-attivitajiet tagħhom;
(c)
l-għadd ta’ impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full time;
(d)
id-dħul, li għandu jiġi kkalkulat bħala:
(i)
is-somma tal-fatturat nett, introjtu operatorju ieħor, introjtu minn interessi ta’ parteċipazzjoni, eskluż dividendi riċevuti minn impriżi affiljati, introjtu minn investimenti u self oħrajn li jiffurmaw parti mill-assi fissi, interessi oħra riċevibbli u introjtu simili kif elenkati fl-Annessi V u VI ta’ din id-Direttiva; jew
(ii)
l-introjtu kif definit mill-qafas ta’ rapportar finanzjarju li abbażi tiegħu jitħejjew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, eskluż aġġustamenti fil-valur u dividendi riċevuti mill-impriżi affiljati;
(e)
l-ammont ta’ profitt jew telf qabel it-taxxa fuq l-introjtu;
(f)
l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu akkumulat matul is-sena finanzjarja rilevanti, li għandu jiġi kkalkulat bħala l-ispiża tat-taxxa kurrenti rikonoxxuta fuq profitti jew telf taxxabbli tas-sena finanzjarja minn impriżi u minn fergħat fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti;
(g)
l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu mħallas fuq bażi ta’ flus kontanti, li għandu jiġi kkalkulat bħala l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu mħallas matul is-sena finanzjarja rilevanti minn impriżi u minn fergħat fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti; u
(h)
l-ammont ta’ qligħ akkumulat fit-tmiem is-sena finanzjarja rilevanti.
Għall-finijiet tal-punt (d), id-dħul għandu jinkludi t-tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati. Għall-finijiet tal-punt (f), l-ispiża tat-taxxa kurrenti għandha tkun relatata biss mal-attivitajiet ta’ impriża fis-sena finanzjarja rilevanti u ma għandhiex tinkludi taxxi differiti jew dispożizzjonijiet għal obbligazzjonijiet tat-taxxa inċerti. Għall-finijiet tal-punt (g), it-taxxi mħallsa għandhom jinkludu taxxi minn ras il-għajn mħallsa minn impriżi oħra fir-rigward ta’ pagamenti lil impriżi u fergħat fi grupp. Għall-finijiet tal-punt (h), il-qligħ akkumulat ifisser is-somma tal-profitti mis-snin finanzjarji preċedenti u s-sena finanzjarja rilevanti, li l-mod tad-distribuzzjoni tagħhom ikun għad ma ġiex deċiż. Fir-rigward ta’ fergħat, il-qligħ akkumulat għandu jkun dak tal-impriża li fetħet il-fergħa.
|
|
Artikolu 48c 3.
|
L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tiġi rappurtata abbażi tal-istruzzjonijiet ta’ rappurtar imsemmija fit-Taqsima III, Partijiet B u C, tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (
35
).
|
|
Artikolu 48c 4.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u3 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ppreżentata bl-użu ta’ mudell komuni u formati elettroniċi ta’ rapportar li jinqraw mill-magni. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi dak il-mudell komuni u dawk il-formati elettroniċi ta’ rapportar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 50(2).
|
|
Artikolu 48c 5.
|
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jew 3 b’mod separat għal kull Stat Membru. Meta Stat Membru jinkludi bosta ġurisdizzjonijiet tat-taxxa, l-informazzjoni għandha tiġi aggregata fuq livell ta’ Stat Membru. Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jippreżenta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu separatament għal kull ġurisdizzjoni tat-taxxa li, fl-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja li għaliha għandu jitfassal ir-rapport, tkun elenkata fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għall-finijiet ta’ taxxa, u għandu jipprovdi tali informazzjoni b’mod separat għal kull ġurisdizzjoni ta’ taxxa li, fl-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja li għaliha għandu jitfassal ir-rapport u fl-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja preċedenti, tissemma fl-Anness II tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għall-finijiet ta’ taxxa. Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu wkoll jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jew 3 fuq bażi aggregata għal ġurisdizzjonijiet oħrajn tat-taxxa. L-informazzjoni għandha tiġi attribwita għal kull ġurisdizzjoni rilevanti tat-taxxa abbażi ta’ stabbiliment, tal-eżistenza ta’ post fiss ta’ negozju jew ta’ attività permanenti ta’ negozju li, b’kont meħud tal-attivitajiet tal-grupp jew tal-impriża awtonoma, jistgħu jkunu soġġetti għal taxxa fuq l-introjtu f’dik il-ġurisdizzjoni tat-taxxa. Fejn l-attivitajiet ta’ diversi impriżi affiljati jistgħu jkunu soġġetti għal taxxa fuq l-introjtu f’ġurisdizzjoni unika tat-taxxa, l-informazzjoni attribwita għal dik il-ġurisdizzjoni tat-taxxa għandha tirrappreżenta l-għadd totali tal-informazzjoni relatata ma’ tali attivitajiet ta’ kull impriża affiljata u l-fergħat tagħhom f’dik il-ġurisdizzjoni tat-taxxa. L-informazzjoni dwar kwalunkwe attività partikolari ma għandhiex tkun attribwita simultanjament għal aktar minn ġurisdizzjoni waħda tat-taxxa.
|
|
Artikolu 48c 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li element speċifiku wieħed jew aktar ta’ informazzjoni li b’mod ieħor ikunu meħtieġa li jiġu divulgati f’konformità mal-paragrafu 2 jew 3 jitħallew barra temporanjament mir-rapport fejn id-divulgazzjoni tagħhom tkun ta’ preġudizzju serju għall-pożizzjoni kummerċjali tal-impriżi li għalihom jirreferi r-rapport. Kull ommissjoni għandha tiġi indikata b’mod ċar fir-rapport flimkien ma’ spjegazzjoni motivata debitament dwar ir-raġunijiet għaliha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha li titħalla barra skont l-ewwel subparagrafu ssir pubblika f’rapport aktar tard rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, sa mhux aktar minn ħames snin mid-data tal-ommissjoni oriġinali tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tkun tista’ qatt titħalla barra informazzjoni relatata mal-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa inklużi fl-Annessi I u II tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għall-finijiet ta’ taxxa, kif imsemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 48c 7.
|
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jista’ jinkludi, fejn applikabbli fil-livell ta’ grupp, deskrizzjoni narrattiva kumplessiva li tipprovdi spjegazzjonijiet għal kwalunkwe diskrepanzi materjali bejn l-ammonti ddivulgati skont il-punti (f) u (g) tal-paragrafu 2, filwaqt li jitqiesu, jekk xieraq, l-ammonti korrispondenti li jikkonċernaw is-snin finanzjarji preċedenti.
|
|
Artikolu 48c 8.
|
Il-munita li tintuża fir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandha tkun il-munita li fiha huma ppreżentati d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-impriża omm apikali jew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriża awtonoma. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu l-obbligu li dan ir-rapport ikun ippubblikat f’munita differenti minn dik li tintuża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Madankollu, fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48b(4), il-munita użata fir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandha tkun il-munita li fiha l-impriża sussidjarja tippubblika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha.
|
|
Artikolu 48c 9.
|
L-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro jistgħu jaqilbu l-limitu ta’ EUR 750 000 000 għall-munita nazzjonali tagħhom. Meta jagħmlu dik il-konverżjoni, dawk l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-rata tal-kambju applikabbli fil-21 ta’ Diċembru 2021 ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawk l-Istati Membri jistgħu jżidu jew inaqqsu l-limiti b’sa 5 % sabiex ir-riżultat ikun ta’ somma għad-dritt fil-muniti nazzjonali. Il-limiti msemmija fl-Artikolu 48b(4) u (5) għandhom jiġu kkonvertiti f’ammont ekwivalenti fil-munita nazzjonali ta’ kwalunkwe pajjiż terz rilevanti billi tiġi applikata r-rata tal-kambju applikabbli fil-21 ta’ Diċembru 2021, maqtugħa għad-dritt sal-eqreb elf.
|
|
Artikolu 48c 10.
|
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jispeċifika jekk tħejjiex skont il-paragrafu 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|