|
+Artikolu 48c 5. |
Artikolu 48c 5.Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jew 3 b’mod separat għal kull Stat Membru. Meta Stat Membru jinkludi bosta ġurisdizzjonijiet tat-taxxa, l-informazzjoni għandha tiġi aggregata fuq livell ta’ Stat Membru. Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jippreżenta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu separatament għal kull ġurisdizzjoni tat-taxxa li, fl-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja li għaliha għandu jitfassal ir-rapport, tkun elenkata fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għall-finijiet ta’ taxxa, u għandu jipprovdi tali informazzjoni b’mod separat għal kull ġurisdizzjoni ta’ taxxa li, fl-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja li għaliha għandu jitfassal ir-rapport u fl-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja preċedenti, tissemma fl-Anness II tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għall-finijiet ta’ taxxa. Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu wkoll jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jew 3 fuq bażi aggregata għal ġurisdizzjonijiet oħrajn tat-taxxa. L-informazzjoni għandha tiġi attribwita għal kull ġurisdizzjoni rilevanti tat-taxxa abbażi ta’ stabbiliment, tal-eżistenza ta’ post fiss ta’ negozju jew ta’ attività permanenti ta’ negozju li, b’kont meħud tal-attivitajiet tal-grupp jew tal-impriża awtonoma, jistgħu jkunu soġġetti għal taxxa fuq l-introjtu f’dik il-ġurisdizzjoni tat-taxxa. Fejn l-attivitajiet ta’ diversi impriżi affiljati jistgħu jkunu soġġetti għal taxxa fuq l-introjtu f’ġurisdizzjoni unika tat-taxxa, l-informazzjoni attribwita għal dik il-ġurisdizzjoni tat-taxxa għandha tirrappreżenta l-għadd totali tal-informazzjoni relatata ma’ tali attivitajiet ta’ kull impriża affiljata u l-fergħat tagħhom f’dik il-ġurisdizzjoni tat-taxxa. L-informazzjoni dwar kwalunkwe attività partikolari ma għandhiex tkun attribwita simultanjament għal aktar minn ġurisdizzjoni waħda tat-taxxa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|