+Artikolu 48c 6.

Artikolu 48c 6.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li element speċifiku wieħed jew aktar ta’ informazzjoni li b’mod ieħor ikunu meħtieġa li jiġu divulgati f’konformità mal-paragrafu 2 jew 3 jitħallew barra temporanjament mir-rapport fejn id-divulgazzjoni tagħhom tkun ta’ preġudizzju serju għall-pożizzjoni kummerċjali tal-impriżi li għalihom jirreferi r-rapport. Kull ommissjoni għandha tiġi indikata b’mod ċar fir-rapport flimkien ma’ spjegazzjoni motivata debitament dwar ir-raġunijiet għaliha.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha li titħalla barra skont l-ewwel subparagrafu ssir pubblika f’rapport aktar tard rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, sa mhux aktar minn ħames snin mid-data tal-ommissjoni oriġinali tagħha.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tkun tista’ qatt titħalla barra informazzjoni relatata mal-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa inklużi fl-Annessi I u II tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għall-finijiet ta’ taxxa, kif imsemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.