+Artikolu 48d Pubblikazzjoni u aċċessibbiltà
---+Artikolu 48d 1.
---+Artikolu 48d 2.
---+Artikolu 48d 3.
---+Artikolu 48d 4.

Artikolu 48d Pubblikazzjoni u aċċessibbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 48d 1.
Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu u d-dikjarazzjoni imsemmija fl-Artikolu 48b ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu ppubblikati fi żmien 12-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ tas-sena finanzjarja li għaliha jkun tfassal ir-rapport kif previst minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikoli 14 sa 28 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 36 ) u, fejn rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2017/1132.
Artikolu 48d 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu u d-dikjarazzjoni ppubblikati mill-impriżi f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jsiru aċċessibbli għall-pubbliku f’mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni, mingħajr ħlas, sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-karta bilanċjali tas-sena finanzjarja li għaliha jkun tfassal ir-rapport fis-sit web:

(a) 

tal-impriża, fejn ikun japplika l-Artikolu 48b(1);

(b) 

tal-impriża sussidjarja jew ta’ impriża affiljata, fejn ikun japplika l-Artikolu 48b(4); jew

(c) 

tal-fergħa jew tal-impriża li tkun fetħet il-fergħa jew ta’ impriża affiljata, fejn ikun japplika l-Artikolu 48b(5).

Artikolu 48d 3.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi milli japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fejn ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ppubblikat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun sar simultanjament aċċessibbli għall-pubbliku f’format elettroniku ta’ rapportar li jinqara mill-magni, fis-sit web tar-reġistru msemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2017/1132, u mingħajr ħlas lil kwalunkwe parti terza li tinsab fl-Unjoni. Is-sit web tal-impriżi u l-fergħat kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fih informazzjoni dwar dik l-eżenzjoni u referenza għas-sit web tar-reġistru rilevanti.
Artikolu 48d 4.
Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 48b(1), (4), (5), (6) u (7) u, fejn applikabbli, id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dak l-Artikolu, għandhom jibqgħu aċċessibbli fis-sit web rilevanti għal minn tal-anqas ħames snin konsekuttivi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.