Sas-6 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jippermettu lil impriża sussidjarja tal-Unjoni li tkun soġġetta għall-Artikolu 19a jew 29a u li l-
►C1
impriża omm
◄ tagħha ma tkunx irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru, tħejji rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 29a, li jinkludi l-impriżi sussidjarji kollha tal-Unjoni ta’ tali
►C1
impriża omm
◄ li jkunu soġġetti għall-Artikolu 19a jew 29a.
Sas-6 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jippermettu li r-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jinkludi d-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 li jkopru l-attivitajiet imwettqa mill-impriżi sussidjarji kollha tal-Unjoni tal-
►C1
impriża omm ◄ msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u li jkunu soġġetti għall-Artikolu 19a jew 29a ta’ din id-Direttiva.