+Artikolu 48i Dispożizzjonijiet tranżitorji
---+Artikolu 48i 1.
---+Artikolu 48i 2.
---+Artikolu 48i 3.
---+Artikolu 48i 4.
|
Artikolu 48i Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48i 1.
|
Sas-6 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jippermettu lil impriża sussidjarja tal-Unjoni li tkun soġġetta għall-Artikolu 19a jew 29a u li l-
►C1
impriża omm ◄ tagħha ma tkunx irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru, tħejji rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 29a, li jinkludi l-impriżi sussidjarji kollha tal-Unjoni ta’ tali
►C1
impriża omm ◄ li jkunu soġġetti għall-Artikolu 19a jew 29a. Sas-6 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jippermettu li r-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jinkludi d-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 li jkopru l-attivitajiet imwettqa mill-impriżi sussidjarji kollha tal-Unjoni tal-
►C1
impriża omm ◄ msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u li jkunu soġġetti għall-Artikolu 19a jew 29a ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 48i 2.
|
L-impriża sussidjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun waħda mill-impriżi sussidjarji tal-Unjoni tal-grupp li jkun iġġenera l-akbar fatturat fl-Unjoni f’mill-inqas waħda mill-ħames snin finanzjarji preċedenti, fuq bażi konsolidata fejn applikabbli.
|
|
Artikolu 48i 3.
|
Ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 30.
|
|
Artikolu 48i 4.
|
Għall-fini tal-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 19a(9) u l-Artikolu 29a(8), ir-rapportar f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jitqies bħala rapportar minn
►C1
impriża omm ◄ f’livell ta’ grupp fir-rigward tal-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni. Ir-rapportar f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jitqies li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19a(9) u fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29a(8), rispettivament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|