Għall-fini tal-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 19a(9) u l-Artikolu 29a(8), ir-rapportar f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jitqies bħala rapportar minn
►C1
impriża omm
◄ f’livell ta’ grupp fir-rigward tal-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni. Ir-rapportar f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jitqies li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19a(9) u fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29a(8), rispettivament.