+Artikolu 49 Eżerċizzju ta' setgħat iddelegati
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 2a.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 3a.
---+Artikolu 49 3b.
---+Artikolu 49 4.
---+Artikolu 49 5.
|
Artikolu 49 Eżerċizzju ta' setgħat iddelegati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49 1.
|
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 49 2.
|
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (a) tal-Artikolu 3(13), l-Artikoli 29b u 40b, u l-Artikolu 46(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-5 ta’ Jannar 2023. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
|
|
Artikolu 49 2a.
|
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3(13) u fl-Artikolu 29ca għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mit-18 ta’ Marzu 2026.
|
|
Artikolu 49 3.
|
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(13), l-Artikoli 29b, 29ca u 40b, u l-Artikolu 46(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
|
|
Artikolu 49 3a.
|
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (
37
).
|
|
Artikolu 49 3b.
|
►M8
Meta tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29b, il-Kummissjoni għandha tqis il-parir tekniku mill-EFRAG, dment li: ◄
(a)
tali parir ikun ġie żviluppat bi proċess xieraq, sorveljanza pubblika u trasparenza, bl-għarfien espert u l-parteċipazzjoni bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, u b’finanzjament pubbliku suffiċjenti biex tiġi żgurata l-indipendenza tiegħu, u abbażi ta’ programm ta’ ħidma li dwaru tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni;
(b)
tali parir jkun akkumpanjat minn analiżijiet tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji li jinkludu analiżi tal-impatti tal-parir tekniku fuq kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà;
(c)
tali parir ikun akkumpanjat minn spjegazzjoni ta’ kif jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi elenkati fl-Artikolu 29b(5);
(d)
il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-EFRAG fil-livell tekniku tkun ibbażata fuq għarfien espert fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u ma tkunx marbuta ma’ kontribuzzjoni finanzjarja.
Il-punti (a) u (d) huma mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni tal-korpi pubbliċi u tal-organizzazzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-istandards fil-ħidma teknika tal-EFRAG. Id-dokumenti li jakkumpanjaw il-parir tekniku tal-EFRAG għandhom jiġu ppreżentati flimkien ma’ dak il-parir. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta b’mod konġunt lill-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Finanzi Sostenibbli, imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2020/852, u lill-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità, imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, dwar l-abbozzi ta’ atti delegati qabel l-adozzjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 29b ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) dwar il-parir tekniku pprovdut mill-EFRAG, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsistenza tiegħu mar-Regolament (UE) 2019/2088 u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament. L-ESMA, l-EBA u l-EIOPA għandhom jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kumitat tal-Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar u l-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli stabbilita skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2020/852 dwar il-parir tekniku pprovdut mill-EFRAG qabel l-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 29b ta’ din id-Direttiva. Jekk xi wieħed minn dawk il-korpi jiddeċiedi li jippreżenta opinjoni, huwa għandu jagħmel dan fi żmien xahrejn mid-data li fiha jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 49 4.
|
Mal-adozzjoni ta' att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 49 5.
|
Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(13), l-Artikolu 29b, 29ca jew 40b, jew l-Artikolu 46(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|