|
+Artikolu 49 3b. |
Artikolu 49 3b.►M8 Meta tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29b, il-Kummissjoni għandha tqis il-parir tekniku mill-EFRAG, dment li: ◄
(a)
tali parir ikun ġie żviluppat bi proċess xieraq, sorveljanza pubblika u trasparenza, bl-għarfien espert u l-parteċipazzjoni bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, u b’finanzjament pubbliku suffiċjenti biex tiġi żgurata l-indipendenza tiegħu, u abbażi ta’ programm ta’ ħidma li dwaru tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni;
(b)
tali parir jkun akkumpanjat minn analiżijiet tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji li jinkludu analiżi tal-impatti tal-parir tekniku fuq kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà;
(c)
tali parir ikun akkumpanjat minn spjegazzjoni ta’ kif jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi elenkati fl-Artikolu 29b(5);
(d)
il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-EFRAG fil-livell tekniku tkun ibbażata fuq għarfien espert fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u ma tkunx marbuta ma’ kontribuzzjoni finanzjarja. Il-punti (a) u (d) huma mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni tal-korpi pubbliċi u tal-organizzazzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-istandards fil-ħidma teknika tal-EFRAG. Id-dokumenti li jakkumpanjaw il-parir tekniku tal-EFRAG għandhom jiġu ppreżentati flimkien ma’ dak il-parir. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta b’mod konġunt lill-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Finanzi Sostenibbli, imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2020/852, u lill-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità, imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, dwar l-abbozzi ta’ atti delegati qabel l-adozzjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 29b ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) dwar il-parir tekniku pprovdut mill-EFRAG, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsistenza tiegħu mar-Regolament (UE) 2019/2088 u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament. L-ESMA, l-EBA u l-EIOPA għandhom jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kumitat tal-Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar u l-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli stabbilita skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2020/852 dwar il-parir tekniku pprovdut mill-EFRAG qabel l-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 29b ta’ din id-Direttiva. Jekk xi wieħed minn dawk il-korpi jiddeċiedi li jippreżenta opinjoni, huwa għandu jagħmel dan fi żmien xahrejn mid-data li fiha jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|