|
+ANNESS III |
ANNESS III
ANNESS III FORMAT ORIŻŻONTALI TAL-KARTA TAL-BILANĊ PREVIST FL-ARTIKOLU 10 Assi A. Kapital sottoskritt mhux imħallas li minnu ġie msejjaħ (sakemm il-liġi nazzjonali ma jipprevedix li l-kapital imsejjaħ għandu jintwera taħt “Kapital u riżervi”, fejn f'dak il-każ, il-parti tal-kapital imsejħa iżda li tkun għadha ma tħallsitx għandha tidher bħala assi jew taħt A jew taħt D (II) (5)). B. Spejjeż ta' formazzjoni kif iddefinita mil-liġi nazzjonali, u safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jidhru bħala assi. Il-liġi nazzjonali tista' wkoll tipprevedi li l-ispejjeż ta' formazzjoni għandhom jintwerew bħala l-ewwel entrata taħt “Assi intanġibbli”. C. Assi fissi I. Assi intanġibbli 1. Nefqa għall-iżvilupp, safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew bħala assi. 2. Konċessjonijiet, privattivi, liċenzji, trade marks u drittijiet u assi simili, jekk kienu:
(a)
miksuba għal korrispettiv ta’ valur u m'hemmx l-obbligu li jintwerew taħt C (I) (3); jew
(b)
maħluqa mill-impriża nnifisha, sa fejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew bħala assi. 3. Avvjament, fejn kien inkiseb għal korrispettiv ta’ valur. 4. Pagamenti akkont. II. Assi tanġibbli 1. Art u bini. 2. Impjant u makkinarju. 3. Oġġetti oħra li jagħmlu parti mill-proprjetà, għodda u tagħmir. 4. Pagamenti akkont u assi tanġibbli fil-kors ta' kostruzzjoni. III. Assi finanzjarji 1. Ishma f’impriżi affiljati. 2. Self lil impriżi affiljati. 3. Interessi ta' parteċipazzjoni. 4. Self lil impriżi li magħhom l-impriża tkun marbuta permezz ta’ interessi ta' parteċipazzjoni. 5. Investimenti miżmuma bħala assi fissi. 6. Self ieħor. D. Assi kurrenti I. Stokkijiet 1. Materja prima u oġġetti ta' konsum. 2. Xogħol fl-idejn. 3. Oġġetti lesti u oġġetti għal rivendita. 4. Pagamenti akkont. II. Debituri (L-ammonti li jkunu dovuti u pagabbli wara aktar minn sena għandhom jidhru separatament għal kull entrata.) 1. Debituri kummerċjali. 2. Ammonti dovuti minn impriżi affiljati. 3. Ammonti dovuti minn impriżi li magħhom l-impriża tkun marbuta permezz ta’ interessi ta' parteċipazzjoni. 4. Debituri oħrajn. 5. Kapital sottoskritt imsejjaħ iżda mhux imħallas (kemm-il darba l-liġi nazzjonali tiddisponi li kapital imsejjaħ għandu jidher bħala attiv taħt A). 6. Prepagamenti u introjtu akkumulat (sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew bħala assi taħt E). III. Investimenti 1. Ishma f’impriżi affiljati. 2. Ishma proprji (b'indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur tal-parità kontabilistika tagħhom), sa fejn il-liġi nazzjonali jippermetti li dawn jintwerew fil-karta tal-bilanċ. 3. Investimenti oħra. IV. Flus fil-bank u fl-idejn E. Prepagamenti u introjtu akkumulat (Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew bħala assi taħt D (II) (6)). Kapital, riżervi u passivi A. Kapital u riżervi I. Kapital sottoskritt (Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li l-kapital imsejjaħ għandu jintwera taħt din l-entrata, fejn f'dan il-każ l-ammonti ta' kapital sottoskritt u l-kapital imħallas għandhom jintwerew separatement). II. Kont tal-primjum fuq l-ishma III. Riżerva għar-rivalutazzjoni IV. Riżervi 1. Riżerva legali, sa fejn il-liġi nazzjonali tirrikjedi tali riżerva. 2. Riżerva għall-ishma proprji, sa fejn il-liġi nazzjonali tirrikjedi tali riżerva, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2012/30/UE. 3. Riżervi previsti mill-artikoli ta' assoċjazzjoni. 4. Riżervi oħra, inkluża r-riżerva ta’ valur ġust. V. Qligħ jew telf riportati VI. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja. B. Provvedimenti 1. Provvedimenti għall-pensjonijiet u obbligi simili. 2. Provvedimenti għat-tassazzjoni. 3. Provvedimenti oħra. C. Kredituri (Ammonti li jkunu dovuti u pagabbli fi żmien sena u ammonti li jkunu dovuti u pagabbli wara aktar minn sena għandhom jintwerew separatament għal kull entrata u għall-aggregat ta’ dawk l-entrati.) 1. Self obbligazzjonarju, li juri self konvertibbli separatament. 2. Ammonti dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu. 3. Pagamenti riċevuti akkont ta’ ordnijiet fejn ma jintwerewx separatament bħala tnaqqisi minn stokkijiet. 4. Kredituri kummerċjali. 5. Kambjali pagabbli. 6. Ammonti dovuti lil impriżi affiljati. 7. Ammonti dovuti lil impriżi li magħhom l-impriża tkun marbuta permezz ta’ interessi ta' parteċipazzjoni. 8. Kredituri oħra inklużi l-awtoritajiet fiskali u s-sigurtà soċjali. 9. Akkumulazzjonijiet u introjtu differit (sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt D). D. Akkumulazzjonijiet u introjtu differit (Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhomjintwerew taħt C (9) taħt “Kredituri”). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|