+ANNESS IV

ANNESS IV




ANNESS IV

FORMAT VERTIKALI TAL-KARTA TAL-BILANĊ PREVIST FL-ARTIKOLU 10

A.   Kapital sottoskritt mhux imħallas

li minnu ssejħet

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma jipprevedix li kapital imsejjaħ għandu jintwera taħt L, fejn f'dak il-każ, il-parti tal-kapital imsejħa iżda għad mhux imħallsa għandha tidher taħt A jew taħt D (II) (5).)

B.   Spejjeż ta' formazzjoni

kif iddefinita mil-liġi nazzjonali, u safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jidhru bħala assi. Il-liġi nazzjonali tista' wkoll tipprevedi li l-ispejjeż ta' formazzjoni għandhom jintwerew bħala l-ewwel entrata taħt “Assi intanġibbli”.

C.   Assi fissi

I.   Assi intanġibbli

1. Nefqa għall-iżvilupp, safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew bħala assi.

2. Konċessjonijiet, privattivi, liċenzji, trade marks u drittijiet u assi simili, jekk kienu:

(a) 

miksuba għal korrispettiv ta’ valur u m'hemmx l-obbligu li jintwerew taħt C (I) (3); jew

(b) 

maħluqa mill-impriża nnifisha, sa fejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew bħala assi.

3. Avvjament, fejn kien inkiseb għal korrispettiv ta’ valur.

4. Pagamenti akkont.

II   Assi tanġibbli

1. Art u bini.

2. Impjant u makkinarju.

3. Oġġetti oħra li jagħmlu parti mill-proprjetà, għodda u tagħmir.

4. Pagamenti akkont u assi tanġibbli fil-kors ta' kostruzzjoni.

III.   Assi finanzjarji

1. Ishma f’impriżi affiljati.

2. Self lil impriżi affiljati.

3. Interessi ta' parteċipazzjoni.

4. Self lil impriżi li l-inpriża tkun konnessa magħhom minħabba interessi ta' parteċipazzjoni.

5. Investimenti miżmuma bħala assi fissi.

6. Self ieħor.

D.   Assi kurrenti

I.   Stokkijiet

1. Materja prima u oġġetti ta' konsum.

2. Xogħol fl-idejn.

3. Oġġetti lesti u oġġetti għal rivendita.

4. Pagamenti akkont.

II.   Debituri

(L-ammonti li jkunu dovuti u pagabbli wara aktar minn sena għandhom jintwerew separatament għal kull entrata.)

1. Debituri kummerċjali.

2. Ammonti dovuti minn impriżi affiljati.

3. Ammonti dovuti minn impriżi konnessi mal-kumpannija permezz ta' interessi ta' parteċipazzjoni.

4. Debituri oħrajn.

5. Kapital sottoskritt imsejjaħ iżda mhux imħallas (kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li kapital imsejjaħ għandu jidher bħala assi taħt A).

6. Prepagamenti u dħul akkumulat (kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-entrati għandhom jidhru bħala assi taħt E).

III.   Investimenti

1. Ishma f’impriżi affiljati.

2. Ishma proprji (b'indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur tal-parità kontabilistika tagħhom), sa fejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew fil-karta tal-bilanċ.

3. Investimenti oħra.

IV.   Flus fil-bank u fl-idejn

E.   Prepagamenti u introjtu akkumulat

(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt D (II) (6)).

F.   Kredituri: ammonti li jkunu dovuti u pagabbli fi żmien sena

1. Self obbligazzjonarju, li juri self konvertibbli separatament.

2. Ammonti dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3. Pagamenti riċevuti akkont ta’ ordnijiet, fejn ma jintwerewx separatament bħala tnaqqisi minn stokkijiet.

4. Kredituri kummerċjali.

5. Kambjali pagabbli.

6. Ammonti dovuti lil impriżi affiljati.

7. Ammonti dovuti lil impriżi li l-kumpannija għandha konnessjoni magħhom minħabba ta' interessi ta' parteċipazzjoni.

8. Kredituri oħra inklużi l-awtoritajiet fiskali u s-sigurtà soċjali.

9. Akkumulazzjonijiet u introjtu differit (sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt K).

G.   Assi/passivi netti kurrenti

(B'kont meħud tal-prepagamenti u l-introjtu akkumulat meta jintwerew taħt E u akkumulazzjonijiet u introjtu differit meta jintwerew taħt K).

H.   L-assi totali nieqes passivi kurrenti

I.   Kredituri: ammonti li jkunu dovuti u pagabbli wara aktar minn sena

1. Self obbligazzjonarju, li juri self konvertibbli separatament.

2. Ammonti dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3. Pagamenti riċevuti akkont ta’ ordnijiet fejn ma jintwerewx separatament bħala tnaqqisi minn stokkijiet.

4. Kredituri kummerċjali.

5. Kambjali pagabbli.

6. Ammonti dovuti lil impriżi affiljati.

7. Ammonti dovuti lil impriżi li l-kumpannija għandha konnessjoni magħhom minħabba ta' interessi ta' parteċipazzjoni.

8. Kredituri oħra inklużi l-awtoritajiet fiskali u s-sigurtà soċjali.

9. Akkumulazzjonijiet u introjtu differit (sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt K)

J.   Provvedimenti

1. Provvedimenti għall-pensjonijiet u obbligi simili.

2. Provvedimenti għat-tassazzjoni.

3. Provvedimenti oħra.

K.   Akkumulazzjonijiet u introjtu differit

(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt F (9) jew I (9) jew it-tnejn).

L.   'Kapital u riżervi

I.   Kapital sottoskritt

(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprrevedix li l-kapital imsejjaħ għandu jintwera taħt din l-entrata, fejn f'dak il-każ l-ammonti tal-kapital sottoskritt u mħallas għandhom jintwerew separatement).

II.   Kont tal-primjum fuq l-ishma

III.   Riżerva għar-rivalutazzjoni

IV.   Riżervi

1. Riżerva legali, sa fejn il-liġi nazzjonali tirrkjedi tali riżerva.

2. Riserva għall-azzjonijiet proprji, sa fejn il-liġi nazzjonali tirrikjedi tali riżerva, bla ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2012/30/UE.

3. Riżervi previsti mill-artikoli ta' assoċjazzjoni.

4. Riżervi oħra, inkluż ir-riserva ta’ valur ġust.

V.   Qligħ jew telf riportati

VI.   Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.