|
+Artikolu 2 'Definizzjonijiet |
Artikolu 2 'DefinizzjonijietArtikolu 2 'Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1)
“awditu statutorju” tfisser awditjar ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati sa fejn dan ikun:
(a)
meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni;
(b)
meħtieġ liġi nazzjonali fir-rigward tal-impriżi żgħar;
(c)
imwettaq volontarjament fuq it-talba ta' impriżi żgħar li jissodisfaw rekwiżiti legali nazzjonali li jkunu ekwivalenti għal dawk għall-awditjar taħt il-punt (b), fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tiddefinixxi tali awditi bħala awditi statutorji;
2)
“awditur statutorju” tfisser persuna fiżika approvata f’konformità ma’ din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru sabiex twettaq ►C3 awditjar statutorju ◄ u, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;
3)
“ditta tal-awditjar” tfisser persuna ġuridika jew kwalunkwe entità oħra, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li tkun approvata f’konformità ma’ din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru sabiex twettaq ►C3 awditjar statutorju ◄ u, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;
4)
“entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz” tfisser entità, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li twettaq awditi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew kkonsolidati, jew, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ kumpanija inkorporata f’pajjiż terz, għajr entità li hija rreġistrata bħala ditta tal-awditjar fi kwalunkwe Stat Membru bħala konsegwenza tal-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 3;
5)
“awditur ta’ pajjiż terz” tfisser persuna fiżika li twettaq awditi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew kkonsolidati jew, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ kumpanija inkorporata f’pajjiż terz, għajr persuna li tkun irreġistrata bħala awditur statutorju fi kwalunkwe Stat Membru bħala konsegwenza tal-approvazzjoni f’konformità mal-Artikoli 3 u 44;
6)
“awditur tal-grupp” tfisser l-awditur(i) statutorju/i jew il-kumpanija/i tal-verifika li jwettqu l-awditu statutorju tal-kontijiet ikkonsolidati jew, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà;
7)
“network” tfisser l-istruttura akbar:
—
li tkun immirata lejn il-koperazzjoni u li għaliha jappartjenu awditur statutorju jew kumpannija
►C1
tal-awditjar ◄ ; u
—
li tkun immirata b'mod ċar lejn il-qsim ta' profitti jew ta' spejjeż jew ikollha drittijiet ta' proprjetà, kontroll jew ġestjoni komuni, politika u proċeduri komuni ta' kontroll ta' kwalità, strateġija kummerċjali komuni, l-użu ta' marka kummerċjali komuni, jew parti sinifikattiva tar-riżorsi professjonali;
8)
9)
10)
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet maħturin bil-liġi li huma responsabbli għar-regolamentazzjoni u/jew is-sorveljanza ta' awdituri statutorji u ditta tal-awditjar jew ta' aspetti speċifiċi ta' dawn; ir-referenza għal “awtorità kompetenti” fl-Artikolu speċifiku tfisser referenza għall-awtorità responsabbli għall-funzjonijiet imsemmijin f'dak l-Artikolu; ▼M3 —————
12)
“standards internazzjonali ta' l-accounting” tfisser l-Istandards Internazzjonali ta' l-Accounting (IAS), l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) u l-Interpretazzjonijiet relatati (l-interpretazzjonijiet SIC-IFRIC), l-emendi sussegwenti lil dawk l-istandards u interpretazzjonijiet relatati, standards futuri u interpretazzjonijiet relatati maħruġa jew adottati mill-Bord ta' l-Istandards Internazzjonali ta' l-Accounting (IASB);
13)
“entitajiet ta' interess pubbliku” tfisser:
(a)
entitajiet regolati mid-dritt ta' Stat Membru li t-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' kwalunkwe Stat Membru fis-sens tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
(b)
istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva;
(c)
impriżi tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/674/KEE; jew
(d)
entitajiet maħturin mill-Istati Membri bħala entitajiet ta' interess pubbliku, bħal pereżempju impriżi li jkunu ta' rilevanza pubblika sinifikattiva minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, id-daqs tagħhom jew in-numru ta' impjegati tagħhom;
14)
“koperattiva” tfisser Soċjetà Koperattiva Ewropea kif definita fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea (SCE) ( 2 ), jew kwalunkwe koperattiva oħra li għaliha tkun meħtieġa ►C1 awditjar ◄ statutorja skond il-liġi Komunitarja, bħal istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt 1 ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/12/KE u intrapriżi ta' l-assigurazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/674/KEE;
15)
“persuna li ma tipprattikax il-professjoni” tfisser kull persuna fiżika li, waqt l-involviment tagħha fit-tmexxija tas-sistema ta' sorveljanza pubblika u matul il-perijodu tat-tliet snin immedjatament qabel dak l-involviment, ma tkunx wettqet awditi statutorji, ma kellha l-ebda drittijiet għal vot f'ditta tal-awditjar, ma kinitx membru tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew superviżorju ta' ditta tal-awditjar u ma kinitx impjegata minn ditta tal-awditjar jew b'xi mod assoċjata ma' ditta tal-awditjar;
16)
“soċju jew soċji essenzjali ►C1 fil-awditjar ◄ ” tfisser:
(a)
(b)
fil-każ ta' ►C1 awditjar ◄ ta' grupp, almenu l-awditur jew awdituri statutorji maħtura minn kumpannija ►C1 tal-awditjar ◄ bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli sabiex iwettqu ►C1 l-awditjar ◄ statutorja fil-livell ta' grupp u l-awditur jew awdituri statutorji maħtura bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli fil-livell ta' sussidjarji materjali; jew
(ċ)
l-awditur jew awdituri statutorji li ffirmaw ir-rapport ►C1 tal-awditjar ◄ ;
16a)
“sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tas-sostenibbiltà” tfisser:
(a)
(b)
fil-każ tal-aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-anqas l-awditur(i) statutorju/i maħtur(a) minn kumpanija tal-awditjar bħala primarjament responsabbli għat-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà fil-livell tal-grupp u l-awditur(i) statutorju/i maħtur(a) bħala primarjament responsabbli fil-livell ta’ sussidjarji materjali; jew
(c)
l-awditur(i) statutorju/i li jiffirma(w) (i)r-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-Artikolu 28a;
17)
“impriżi ta' daqs medju” tfisser l-impriżi msemmijin fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
18)
“impriżi żgħar” tfisser l-impriżi msemmijin fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2013/34/UE;
19)
“Stat Membru domiċiljari” tfisser Stat Membru li fih awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tkun approvata skont l-Artikolu 3(1);
20)
“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru li fih awditur statutorju approvat mill-Istat Membru domiċiljari tiegħu jew tagħha j/tipprova j/tikseb approvazzjoni wkoll skont l-Artikolu 14, jew Stat Membru li fih ditta tal-awditjar approvata mill-Istat Membru domiċiljari tagħha tfittex li tiġi reġistrata jew tkun reġistrata skont l-Artikolu 3a;
21)
“rapportar dwar is-sostenibbiltà” tfisser rapportar dwar is-sostenibbiltà kif definit fl-Artikolu 2(18) tad-Direttiva 2013/34/UE;
22)
“aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà” tfisser it-twettiq ta proċeduri li jirriżultaw fl-opinjoni espressa mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar f’konformità mal-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 34(2) tad-Direttiva 2013/34/UE;
23)
“fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament’ tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) għall-attività speċifika ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2013/34/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|