+KAPITOLU I 'SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 'Definizzjonijiet

KAPITOLU I 'SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I 'SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar ►C3  il-awditjar statutorju ◄ tal-kontijiet annwali u kkonsolidati u dwar l-aċċertament tar-rapportar annwali u kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà.

Artikolu 2 'Definizzjonijiet

Artikolu 2

'Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M3

1) 

“awditu statutorju” tfisser awditjar ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati sa fejn dan ikun:

(a) 

meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni;

(b) 

meħtieġ liġi nazzjonali fir-rigward tal-impriżi żgħar;

(c) 

imwettaq volontarjament fuq it-talba ta' impriżi żgħar li jissodisfaw rekwiżiti legali nazzjonali li jkunu ekwivalenti għal dawk għall-awditjar taħt il-punt (b), fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tiddefinixxi tali awditi bħala awditi statutorji;

▼M4

2) 

“awditur statutorju” tfisser persuna fiżika approvata f’konformità ma’ din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru sabiex twettaq ►C3  awditjar statutorju ◄ u, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;

3) 

“ditta tal-awditjar” tfisser persuna ġuridika jew kwalunkwe entità oħra, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li tkun approvata f’konformità ma’ din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru sabiex twettaq ►C3  awditjar statutorju ◄ u, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;

4) 

“entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz” tfisser entità, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li twettaq awditi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew kkonsolidati, jew, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ kumpanija inkorporata f’pajjiż terz, għajr entità li hija rreġistrata bħala ditta tal-awditjar fi kwalunkwe Stat Membru bħala konsegwenza tal-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 3;

5) 

“awditur ta’ pajjiż terz” tfisser persuna fiżika li twettaq awditi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew kkonsolidati jew, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ kumpanija inkorporata f’pajjiż terz, għajr persuna li tkun irreġistrata bħala awditur statutorju fi kwalunkwe Stat Membru bħala konsegwenza tal-approvazzjoni f’konformità mal-Artikoli 3 u 44;

6) 

“awditur tal-grupp” tfisser l-awditur(i) statutorju/i jew il-kumpanija/i tal-verifika li jwettqu l-awditu statutorju tal-kontijiet ikkonsolidati jew, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà;

▼B

7) 

“network” tfisser l-istruttura akbar:

— 
li tkun immirata lejn il-koperazzjoni u li għaliha jappartjenu awditur statutorju jew kumpannija ►C1  tal-awditjar ◄ ; u
— 
li tkun immirata b'mod ċar lejn il-qsim ta' profitti jew ta' spejjeż jew ikollha drittijiet ta' proprjetà, kontroll jew ġestjoni komuni, politika u proċeduri komuni ta' kontroll ta' kwalità, strateġija kummerċjali komuni, l-użu ta' marka kummerċjali komuni, jew parti sinifikattiva tar-riżorsi professjonali;
8) 

“affiljat ta' kumpannija ►C1  tal-awditjar ◄ ” tfisser kwalunkwe intrapriża, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li tkun konnessa ma' kumpannija ►C1  tal-awditjar ◄ permezz ta' drittijiet tal-proprjetà, kontroll jew ġestjoni komuni;

9) 

“rapport ta' ►C1  awditjar ◄ tal-kontijiet” tfisser ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 51(a) tad-Direttiva 78/660/KEE u fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE maħruġ mill-awditur statutorju jew mill-kumpannija ►C1  tal-awditjar ◄ ;

▼M3

10) 

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet maħturin bil-liġi li huma responsabbli għar-regolamentazzjoni u/jew is-sorveljanza ta' awdituri statutorji u ditta tal-awditjar jew ta' aspetti speċifiċi ta' dawn; ir-referenza għal “awtorità kompetenti” fl-Artikolu speċifiku tfisser referenza għall-awtorità responsabbli għall-funzjonijiet imsemmijin f'dak l-Artikolu;

▼M3 —————

▼B

12) 

“standards internazzjonali ta' l-accounting” tfisser l-Istandards Internazzjonali ta' l-Accounting (IAS), l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) u l-Interpretazzjonijiet relatati (l-interpretazzjonijiet SIC-IFRIC), l-emendi sussegwenti lil dawk l-istandards u interpretazzjonijiet relatati, standards futuri u interpretazzjonijiet relatati maħruġa jew adottati mill-Bord ta' l-Istandards Internazzjonali ta' l-Accounting (IASB);

▼M3

13) 

“entitajiet ta' interess pubbliku” tfisser:

(a) 

entitajiet regolati mid-dritt ta' Stat Membru li t-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' kwalunkwe Stat Membru fis-sens tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(b) 

istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva;

(c) 

impriżi tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/674/KEE; jew

(d) 

entitajiet maħturin mill-Istati Membri bħala entitajiet ta' interess pubbliku, bħal pereżempju impriżi li jkunu ta' rilevanza pubblika sinifikattiva minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, id-daqs tagħhom jew in-numru ta' impjegati tagħhom;

▼B

14) 

“koperattiva” tfisser Soċjetà Koperattiva Ewropea kif definita fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea (SCE) ( 2 ), jew kwalunkwe koperattiva oħra li għaliha tkun meħtieġa ►C1  awditjar ◄ statutorja skond il-liġi Komunitarja, bħal istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt 1 ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/12/KE u intrapriżi ta' l-assigurazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/674/KEE;

▼M3

15) 

“persuna li ma tipprattikax il-professjoni” tfisser kull persuna fiżika li, waqt l-involviment tagħha fit-tmexxija tas-sistema ta' sorveljanza pubblika u matul il-perijodu tat-tliet snin immedjatament qabel dak l-involviment, ma tkunx wettqet awditi statutorji, ma kellha l-ebda drittijiet għal vot f'ditta tal-awditjar, ma kinitx membru tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew superviżorju ta' ditta tal-awditjar u ma kinitx impjegata minn ditta tal-awditjar jew b'xi mod assoċjata ma' ditta tal-awditjar;

▼B

16) 

“soċju jew soċji essenzjali ►C1  fil-awditjar ◄ ” tfisser:

(a) 

l-awditur jew awdituri statutorji maħtura minn kumpannija ►C1  tal-awditjar ◄ għal kompitu partikolari ta' ►C1  awditjar ◄ bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli sabiex iwettqu l- ►C1  awditjar ◄ statutorja f'isem il-kumpannija ►C1  tal-awditjar ◄ ; jew

(b) 

fil-każ ta' ►C1  awditjar ◄ ta' grupp, almenu l-awditur jew awdituri statutorji maħtura minn kumpannija ►C1  tal-awditjar ◄ bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli sabiex iwettqu ►C1  l-awditjar ◄ statutorja fil-livell ta' grupp u l-awditur jew awdituri statutorji maħtura bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli fil-livell ta' sussidjarji materjali; jew

(ċ) 

l-awditur jew awdituri statutorji li ffirmaw ir-rapport ►C1  tal-awditjar ◄ ;

▼M4

16a) 

“sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tas-sostenibbiltà” tfisser:

(a) 

l-awditur(i) statutorju/i maħtur(a) minn ►C3  kumpanija tal-awditjar ◄ għal inkarigu ta’ aċċertament partikolari tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà bħala primarjament responsabbli għat-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’isem ►C3  il-kumpanija tal-awditjar ◄ ; jew

(b) 

fil-każ tal-aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-anqas l-awditur(i) statutorju/i maħtur(a) minn kumpanija tal-awditjar bħala primarjament responsabbli għat-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà fil-livell tal-grupp u l-awditur(i) statutorju/i maħtur(a) bħala primarjament responsabbli fil-livell ta’ sussidjarji materjali; jew

(c) 

l-awditur(i) statutorju/i li jiffirma(w) (i)r-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-Artikolu 28a;

▼M3

17) 

“impriżi ta' daqs medju” tfisser l-impriżi msemmijin fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

18) 

“impriżi żgħar” tfisser l-impriżi msemmijin fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2013/34/UE;

19) 

“Stat Membru domiċiljari” tfisser Stat Membru li fih awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tkun approvata skont l-Artikolu 3(1);

20) 

“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru li fih awditur statutorju approvat mill-Istat Membru domiċiljari tiegħu jew tagħha j/tipprova j/tikseb approvazzjoni wkoll skont l-Artikolu 14, jew Stat Membru li fih ditta tal-awditjar approvata mill-Istat Membru domiċiljari tagħha tfittex li tiġi reġistrata jew tkun reġistrata skont l-Artikolu 3a;

▼M4

21) 

“rapportar dwar is-sostenibbiltà” tfisser rapportar dwar is-sostenibbiltà kif definit fl-Artikolu 2(18) tad-Direttiva 2013/34/UE;

22) 

“aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà” tfisser it-twettiq ta proċeduri li jirriżultaw fl-opinjoni espressa mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar f’konformità mal-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 34(2) tad-Direttiva 2013/34/UE;

23) 

“fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament’ tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) għall-attività speċifika ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2013/34/UE.

▼B

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.