+Artikolu 6 Kwalifiki edukattivi
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.

Artikolu 6 Kwalifiki edukattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
Bla preġudizzju għall-Artikolu 11, persuna fiżika tista’ tiġi approvata sabiex twettaq ►C3  awditjar statutorju ◄ biss wara li tkun laħqet il-livell meħtieġ għad-dħul fl-Università jew livell ekwivalenti, tkun imbagħad kompliet kors ta’ tagħlim teoretiku, tkun għamlet taħriġ prattiku u għaddiet minn eżami ta’ kompetenza professjonali fil-livell ta’ l-eżamijiet finali ta’ l-Università jew livell ekwivalenti, organizzat jew rikonoxxut mill-Istat Membru konċernat.
Artikolu 6 2.
Persuna fiżika tista’, minbarra l-approvazzjoni biex twettaq awditi statutorji previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tiġi approvata biex twettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti speċifiċi addizzjonali tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 6 3.
L-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 32 għandhom jikkooperaw ma’ xulxin bl-għan li tinkiseb konverġenza tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu. Meta jimpenjaw ruħhom f’tali kooperazzjoni, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ►C3  żviluppi fl-awditjar ◄ u fil-professjoni tal-verifika, u, b’mod partikolari, il-konverġenza li tkun diġà ntlaħqet mill-professjoni. Għandhom jikkooperaw mal-Kumitat ta’ Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar (CEAOB) u mal-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 sa fejn it-tali konverġenza tkun relatata ►C3  mal-awditjar statutorju ◄ u mal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.