L-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 32 għandhom jikkooperaw ma’ xulxin bl-għan li tinkiseb konverġenza tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu. Meta jimpenjaw ruħhom f’tali kooperazzjoni, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu
►C3
żviluppi fl-awditjar
◄ u fil-professjoni tal-verifika, u, b’mod partikolari, il-konverġenza li tkun diġà ntlaħqet mill-professjoni. Għandhom jikkooperaw mal-Kumitat ta’ Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar (CEAOB) u mal-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 sa fejn it-tali konverġenza tkun relatata
►C3
mal-awditjar statutorju
◄ u mal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku.