+Artikolu 24b Organizzazzjoni tal-ħidma
---+Artikolu 24b 1.
---+Artikolu 24b 2.
---+Artikolu 24b 2a.
---+Artikolu 24b 3.
---+Artikolu 24b 4.
---+Artikolu 24b 5.
---+Artikolu 24b 5a.
---+Artikolu 24b 6.
---+Artikolu 24b 7.
|
Artikolu 24b Organizzazzjoni tal-ħidma
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24b 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awditu statutorju jsir minn ditta tal-awditjar, dik id-ditta tal-awditjar taħtar tal-inqas sieħeb ewlieni wieħed tal-awditjar. Id-ditta tal-awditjar għandha tipprovdi lis-sieħeb/sħab ewlieni/
►C3
ewlieni tal-awditjar ◄ b’riżorsi suffiċjenti u b’persunal li jkollu l-kompetenza u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu b’mod xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà titwettaq minn ditta tal-awditjar, dik id-ditta tal-awditjar taħtar mill-anqas sieħeb ewlieni wieħed tas-sostenibbiltà li jrid jissodisfa tal-anqas il-kundizzjonijiet imposti mill-Artikolu 4 u l-Artikoli 6 sa 12 u jrid jiġi approvat bħala awditur statutorju fl-Istat Membru kkonċernat. Dak is-sieħeb ewlieni tas-sostenibbiltà jista’ jkun is-sieħeb ewlieni/wieħed mis-sħab ewlenin tal-awditu. Id-ditta tal-awditjar għandha tipprovdi lis-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tas-sostenibbiltà b’riżorsi suffiċjenti u b’persunal li jkollu l-kompetenza u l-kapaċitajiet meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu b’mod xieraq. L-aċċertament tal-kwalità, tal-indipendenza u tal-kompetenza tal-awditjar u l-aċċertament għandha tkun il-kriterju ewlieni meta d-ditta tal-awditjar tagħżel is-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tal-verifika u, fejn applikabbli, is-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tas-sostenibbiltà li għandhom jinħatru. Is-sieħeb/is-sħab ewlieni/ewlenin tal-verifika għandhom ikunu involuti b’mod attiv fit-twettiq tal-
►C3
awditjar statutorju ◄ . Is-sieħeb ewlieni tas-sostenibbiltà għandu jkun involut b’mod attiv fit-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.
|
|
Artikolu 24b 2.
|
Meta jwettaq l-awditu statutorju, l-awditur statutorju għandu jiddedika biżżejjed ħin għall-inkarigu u jassenja biżżejjed riżorsi biex ikun jista' jaqdi jew tista' taqdi dmirijietu b'mod xieraq.
|
|
Artikolu 24b 2a.
|
Meta jwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, l-awditur statutorju għandu jiddedika biżżejjed ħin għall-inkarigu u għandu jassenja biżżejjed riżorsi li jippermettulu jaqdi dmirijietu b’mod xieraq.
|
|
Artikolu 24b 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jżommu rekords ta' kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, tar-Regolament (UE) Nru 537/2014. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar minn dan l-obbligu fir-rigward ta' ksur żgħir. Awdituri statutorji u ditti tal-awditjar għandhom iżommu wkoll ir-rekords ta' kwalunkwe konsegwenza ta' kull ksur, inklużi l-miżuri meħuda biex jiġi indirizzat tali ksur u l-miżuri meħuda sabiex tiġi modifikata s-sistema tagħhom ta' kontroll tal-kwalità interna. Huma għandhom iħejju rapport annwali li jkun fih ħarsa ġenerali lejn kull tali miżura li tkun ittieħdet u tikkomunika dak ir-rapport internament. Meta awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jitolbu parir minn esperti esterni, huma għandhom jiddokumentaw it-talba li saret u l-parir riċevut.
|
|
Artikolu 24b 4.
|
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom iżommu rekord tal-kontijiet tal-klijenti. Rekord bħal dan jinkludi d-data li ġejja għal kull klijent tal-awditjar:
(a)
l-isem, l-indirizz u s-sede tan-negozju;
▼M4
(b)
fil-każ ta’ ditta tal-awditjar, l-isem/ijiet tas-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tal-verifika u, fejn applikabbli, l-isem/ismijiet tas-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tas-sostenibbiltà;
(c)
it-tariffi mitlubin
►C3
għall-awditjar statutorju ◄ , it-tariffi mitlubin għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u t-tariffi mitlubin għal servizzi oħrajn fi kwalunkwe sena finanzjarja.
▼M3
|
|
Artikolu 24b 5.
|
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom joħolqu fajl tal-awditjar għal kull awditu statutorju. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom tal-inqas jiddokumentaw id-data reġistrata skont l-Artikolu 22b(1) ta' din id-Direttiva, u, fejn applikabbli, l-Artikoli 6 sa 8 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014. L-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom iżommu kwalunkwe data u dokumenti oħrajn li jkunu importanti bħala sostenn tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u għall-monitoraġġ tal-konformità ma' din id-Direttiva u rekwiżiti legali oħrajn applikabbli. Il-fajl tal-awditjar għandu jingħalaq mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data tal-firma tar-rapport tal-awditjar msemmi fl-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.
|
|
Artikolu 24b 5a.
|
Awditur statutorju jew
►C3
kumpanija tal-awditjar ◄ għandha toħloq fajl tal-aċċertament għal kull inkarigu ta’ aċċertament relatat mar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tiddokumenta mill-anqas id-data reġistrata skont l-Artikolu 22b fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom iżommu kwalunkwe data u dokument oħra li huma ta’ importanza b’appoġġ għar-rapport ta’ aċċertament imsemmi fl-Artikolu 28a u għall-monitoraġġ tal-konformità ma’ din id-Direttiva u ma’ rekwiżiti legali applikabbli oħra fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Il-fajl tal-aċċertament għandu jingħalaq mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data tal-iffirmar tar-rapport tal-aċċertament dwar ir-rapportar sostenibbli msemmi fl-Artikolu 28a Meta l-istess awditur statutorju jwettaq
►C3
il-awditjar statutorju ◄ tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, il-fajl tal-aċċertament jista’ jiġi inkluż
►C3
fil-fajl tal-awditjar ◄ .
|
|
Artikolu 24b 6.
|
►M4
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom iżommu rekords ta’ kwalunkwe lment li jsir bil-miktub dwar il-prestazzjoni tal-awditi statutorji li jkunu twettqu u dwar il-prestazzjoni tal-inkarigi ta’ aċċertament relatati mar-rapportar dwar is-sostenibbiltà li jkunu twettqu. ◄
|
|
Artikolu 24b 7.
|
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw rekwiżiti simplifikati fir-rigward tal-paragrafi 3 u 6 għall-awditi msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 tal-Artikolu 2.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|