+Artikolu 24b 1.

Artikolu 24b 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awditu statutorju jsir minn ditta tal-awditjar, dik id-ditta tal-awditjar taħtar tal-inqas sieħeb ewlieni wieħed tal-awditjar. Id-ditta tal-awditjar għandha tipprovdi lis-sieħeb/sħab ewlieni/ ►C3  ewlieni tal-awditjar ◄ b’riżorsi suffiċjenti u b’persunal li jkollu l-kompetenza u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu b’mod xieraq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà titwettaq minn ditta tal-awditjar, dik id-ditta tal-awditjar taħtar mill-anqas sieħeb ewlieni wieħed tas-sostenibbiltà li jrid jissodisfa tal-anqas il-kundizzjonijiet imposti mill-Artikolu 4 u l-Artikoli 6 sa 12 u jrid jiġi approvat bħala awditur statutorju fl-Istat Membru kkonċernat. Dak is-sieħeb ewlieni tas-sostenibbiltà jista’ jkun is-sieħeb ewlieni/wieħed mis-sħab ewlenin tal-awditu. Id-ditta tal-awditjar għandha tipprovdi lis-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tas-sostenibbiltà b’riżorsi suffiċjenti u b’persunal li jkollu l-kompetenza u l-kapaċitajiet meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu b’mod xieraq.

L-aċċertament tal-kwalità, tal-indipendenza u tal-kompetenza tal-awditjar u l-aċċertament għandha tkun il-kriterju ewlieni meta d-ditta tal-awditjar tagħżel is-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tal-verifika u, fejn applikabbli, is-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tas-sostenibbiltà li għandhom jinħatru.

Is-sieħeb/is-sħab ewlieni/ewlenin tal-verifika għandhom ikunu involuti b’mod attiv fit-twettiq tal- ►C3  awditjar statutorju ◄ . Is-sieħeb ewlieni tas-sostenibbiltà għandu jkun involut b’mod attiv fit-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.